Left arrow Go Back

Incentiv lill-Intraprizi Kummercjali ghal-Konsum Iktar Efficjenti ta’ l-Elettriku

pr454
Date Icon 04/04/2003

Permezz ta’ Avviz Legali ppublikat illum (il-Gimgha, 4 ta’ April 2003) il-Gvern qieghed jghati opportunita` lill-Intraprizi Kummercjali biex jikkwalifikaw ghal rohs fit-tariffi ta’ l-elettriku. Dan ir-rohs, li jista’ jkun wiehed sinifikattiv, huwa marbut ma’ l-implimentazzjoni u t-thaddim ta’ mizuri ghall-uzu iktar efficjenti ta’ l-energija elettrika permezz ta’ attenzjoni specifika ghal dak li teknikament jissejjah il-power factor.

Iktar ma jinzamm gholi l-power factor, inqas tkun il-load fuq il-provista ta’ l-elettriku u dan iwassal ghal inqas pressjoni fuq il-power stations. Fil-fatt, jezisti apparat intiz specifikament sabiex intraprizi individwali jistghu jilhqu l-ghola livell tal-power factor taghhom u dan l-Avviz Legali huwa ntiz sabiex jintroduci incentiv finanzjarju biex dan it-tip ta’ apparat jigi nstallat fil-prattika. Min jaghmel dan jibbenefika minn tnaqqis fl-ispejjez ghall-energija elettrika b’mod li, mhux biss jifdi l-prezz ta’ l-apparat mehtieg, izda titnaqqas ukoll l-ispiza effettiva tieghu ghall-elettriku li juza.

L-iskema li giet introdotta, permezz ta’ dan l-Avviz Legali, hija wahda ghal kollox volontarja. Min jaghzel li ma jidholx fiha, jibqa’ bl-istess kundizjonijiet ta’ llum. Izda min jidhol fl-iskema, ghandu l-opportunita` li jikkwalifika ghal rohs fil-kont ta’ l-elettriku tieghu, relatat mal-mod kif jirnexxielhu jgholli l-power factor, diga` msemmi.

Din l-iskema qed tigi introdotta wara kuntatti u diskussjonijiet li kienu bdew, mal-Federazzjoni ta’ l-Industrija u mal-MHRA. L-Avviz Legali qed jinhareg fuq il-bazi ta’ proposta li saret mill-Enemalta u li giet diskussa maz-zewg Korpi Kostitwiti ta’ hawn fuq imsemmija u wara li ngabet l-approvazzjoni tal-Malta Resources Authority.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow