Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru jzur Progett TA’ RISTRUTTURAR FIR-RESIDENZA GHALL-ANZJANI SAN VINCENZ

pr446
Date Icon 03/04/2003

Il-Prim Ministru, l-Onor. Dr. Eddie Fenech Adami, akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr Antoine Mifsud Bonnici illum ghamel zjara fir-residenza San Vincenz de Paul, fejn seta jara l-progress li sar fil-progett ta' bini mill-gdid tal-Blokki tas-swali tan-nisa u rgiel 1, 2, 3 u 4, biex flokhom jinbnew swali godda fuq tlett sulari.

Dan huwa progett iehor ambizzjuz u ta' sfida mill-Gvern prezenti f’San Vincenz li ser jiswa madwar Lm 4.5 miljun, u li ser jinbnew fuq l-istess mudell tas-Serenity Wards.

Id-domanda biex aktar anzjani jidhlu fir-residenza San Vincenz de Paul u djar residenzjali ohra qed dejjem tikber, u ghalhekk il-Gvern qed jiehu certi mizuri biex izid in-numru ta' sodod, anke fid-djar tal-Gvern bhalma hi d-Dar taz-Zejtun, fejn bhalissa qed isir xoghol ta' tkabbir, biex jizdiedu 100 sodda. Is-sena li ghaddiet beda jsehh il-progett Public Private Partnership (PPP), fejn il-Gvern issieheb mas-settur privat biex jigu pprovduti servizzi ta' akkomodazzjoni ghall-anzjani fid-djar privati tal-anzjani.

Ir-residenza San Vincenz de Paul li ilha aktar minn 100 sena mibnija, hi wahda mill-eqdem fl-Ewropa, u ghalhekk ix-xoghol ta' rinnovament u modernizzar ma jistax jieqaf.

Kien proprju fit-3 ta' Marzu 2001, meta l-Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami inawgura s-Serenity Wards, u f'Marzu tas-sena 2002 beda x-xoghol fuq dan il-progett gdid.

Dan il-progett li jikkonsisti f'zewg blokki wiehed tan-nisa (1-2-3-4) u l-iehor tal-irgiel (1-2-3-4) twaqqghu u qed jinbnew mill-gdid. Dawn iz-zewg blokki ser ikunu accessibbli ghal persuni bi bzonnijiet specjali u ser ikun mghammra bl-aqwa facilitajiet u apparat mediku modern.

Iz-zewg blokki li twaqqghu kienu joffru spazju ghal 170 sodda, izda bil-progett il-gdid fuq tlett sulari, ser ikollhom 216-il sodda, zieda ta' 46 sodda. Ser isir uzu ahjar mill-ispazzju fejn jghixu l-anzjani: minn 6.5 metru kwadru ghal 10 metri kwadri ghal kull persuna. F'kull sular ser ikun hemm sala tal-ikel. Se jkun hemm ukoll lifts godda, imhazen u facilitajiet ohra. It-toilets, showers u lifts huma kollha accessibli ghal wheelchairs. Il-progett jinkludi wkoll ir-rijabilitazzjoni tal-gnien ta' quddiem il-kappella li jifforma parti mill-progett kollu.

L-ewwel fazi ta' dan il-progett, jigifieri l-blokk tal-irgiel, huwa mistenni li jilqa' l-ewwel residenti tieghu fi ftit gimghat ohra.

Dr Antoine Mifsud Bonnici qal li progetti bhal dawn ghandhom l-ghan li jkomplu jghollu l-livell ta' ghixien u joffru l-isbah ambjent fejn jghixu l-anzjani taghna. Dan juri l-impenn socjali tal-Gvern ghax l-anzjan jixraqlu l-ahjar. Huwa kkonkluda billi qal li dawn il-progetti kapitali u servizzi fil-komunita' huma mahsuba biex dejjem inkomplu ntejbu l-kwalita' tal-hajja tal-anzjani taghna fis-socjeta' Maltija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow