Left arrow Go Back

Arrangamenti biex pazjenti fl-Isptarijiet jivvotaw fl-Elezzjonijiet Generali - 12 ta’ April 2003

pr444
Date Icon 03/04/2003

Id-Dipartiment tas-Sahha jgharraf li bi qbil mal-Kummissjoni Elettorali, saru dawn l-arrangamenti li gejjin, sabiex il-votazzjoni minn pazjenti fi sptarijiet tal-Gvern timxi bl-ordni:

It-tabib konsulent inkarigat mill-kura tal-pazjent ser jindika fl-istorja ta' kull pazjent jekk il-pazjent jistax johrog mill-isptar biex jivvota u, jekk iva, hux mehtieg li johrog b'ambulanza jew b'xi mezz iehor ta' trasport.

Il-pazjenti jkollhom l-ghazla li jinqdew bis-servizzi li ser joffri d-Dipartiment sabiex jaslu sal-post tal-votazzjoni u lura, jew inkella jaghmlu arrangamenti ghal trasport ma' dawk li jigu minnhom, biex iwassluhom sal-post tal-votazzjoni u lura lejn l-isptar.

F'kaz ta' pazjenti li qrabathom ser iwassluhom bi trasport privat, ikun mehtieg li dawn l-istess qraba jitolbu permess bil-miktub minn qabel lill-Amministratur ta' l-isptar li fih hu rikoverat il-pazjent li jigi minnhom. F'jum il-votazzjoni dan il-permess irid jintwera l-ewwel lis-security officer ta’ l-isptar, sabiex individwu jkollu access ghall-isptar, u mbaghad lill-ufficjal inkarigat fl-istess sptar mit-trasport tal-pazjenti.

Fil-kaz ta' pazjenti li johorgu biex jivvutaw kontra l-parir tat-tabib konsulent jew li ma jehdux il-parir tieghu rigward il-mezz tat-trasport, ikun mehtieg li l-pazjent jiffirma dikjarazzjoni li ghazel li jaghmel hekk fuq responsabbilita' tieghu nnifsu. Jekk jaghmel hekk ikun jista' jmur b'liema mezz jaghzel.

Il-pazjenti huma mfakkra li biex johorgu jivvutaw ghandu jkollhom f'idejhom id-Dokumenti tal-Votazzjoni. Qed isiru arrangamenti amministrattivi biex, pazjenti li jixtiequ jafdaw id-Dokumenti tal-Votazzjoni f'idejn l-awtoritajiet ta' l-isptar, ikunu jistghu jaghmlu dan filwaqt li tigi garantita is-sigurta` ta' dawn id-dokumenti.

Fil-jum tal- votazzjoni ma jkunx hemm klinici ta’ outpatients, fizjoterapija, ecc., jew tqassim ta’ medicini ghall-Outpatients fl-isptarijiet. Barra minn hekk, ma jithallewx jidhlu vizitaturi fl-isptarijiet fl-ebda hin, hlief f’dawn is-sitwazzjonijiet:

  1. il-qraba ta’ pazjenti li jkunu fil-periklu tal-mewt;
  2. l-irgiel ta’ nisa li dakinhar helsu jew ikunu fil-hlas;
  3. il-genituri ta’ tfal li jkunu rikoverati l-isptar kemm fil-wards kif ukoll fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza; u
  4. persuna wahda ma’ kull persuna adulta li tiddahhal fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow