Left arrow Go Back

Resource Room Ġdida Fl-Iskola ta' Birżebbuġia

pr439
Date Icon 02/04/2003

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea inawgura Resource Room gdida fl-iskola Primarja Prof. Anton Tabone f'Birżebbuġa. Ir-Resource Room saret bil-ħidma tal-Kunsill ta' l-Iskola, l-għalliema u l-ġenituri.

Ir-resource room hi parti mill-ħidma ta' l-iskola biex jiġi mwettaq il-Kurrikulu Nazzjonali li jgħid li hemm bżonn li t-tfal ikollhom ir-riżorsi u l-materjal edukattiv li għandhom bżonn, u li għandha tintuża l-aktar teknoloġija moderna għat-tagħlim tat-tfal. Infatti r-Resource Room hi mgħammra b'data projector, kompjuters, DVD player, Video, Hi Fi system, Cable TV, u ħafna kotba u materjal ieħor edukattiv.

Ir-Resource Room għandha wkoll palk żgħir biex isiru attivitajiet ta' drama u mużika għat-tfal stess. Id-disinn tal-kamra sar b'mod li l-ambjent ikun informali kemm jista jkun u jgħin lit-tfal jaħdmu flimkien u jieħdu gost jitgħallmu.

Meta r-Resource Room kienet kważi lesta, l-kap ta' l-iskola, s-Sur Charles Debono stieden lill-ġenituri biex iżuru l-iskola u jaraw xi twettaq, il-ġenituri ġew mistiedna wkoll jagħtu ktieb għall-użu tat-tfal. Il-Kap ta' l-Iskola qal li eventwalment, din ir-resource room trid tibda tintuża mill-komunita' ta' Birżebbuġa.

Il-Ministru Louis Galea faħħar lill-Kap ta' l-iskola, lill-għalliema u l-ġenituri għal din l-inizjattiva u għall-kooperazzjoni ta' bejniethom. Hu qal li dan l-aħħar kien mistieden f'diversi skejjel li wettqu inizjattivi; fejn qed jiġu inawgurati faċilitajiet u riżorsi li jgħinu lill-għalliema fix-xogħol tagħhom u lit-tfal fit-tagħlim tagħhom. Il-Ministru qal li t-twettieq tal-kurrikulu nazzjonali issa qabad ritmu tajjeb ħafna. Hu semma l-kunsill nazzjonali tal-kurrikulu u d-diversi ‘focus groups’ li qed jaħdmu fuq proġetti u inizjattivi diversi li bdew jagħtu l-frott kif jistgħu jixhdu ħafna ġenituri u għalliema.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow