Left arrow Go Back

Stqarrija mill- Ministru ta’ l-Intern

pr433
Date Icon 01/04/2003


Is-successi tal-Forzi ta’ l-Ordni fil-glieda kontra t-traffikar ta’ droga tant ma tistax tmerihom, li l-Partit Laburista kellu jaghmel proposti li hafna minnhom lanqas biss induna li diga’ jezistu.

Nixtieq qabel xejn infakkar illi matul is-sena 2002, u anki s-snin ta’ qabel, saru qabdiet ta’ droga li huma record. Fl-2002, saru 600 arresti fuq reati ta’ droga; 460 rejd ghal droga; ittellghu l-Qorti 270 persuna; u nghataw 238 sentenza. Fis-sena 2002 inqabdu 4 kilos kokaina (id-doppju tas-sena li ghaddiet); eroina, id-doppju li nqabdet fl-1998; pilloli ecstasy, 7 darbiet iktar mill-1998.

F’dan il-kontest, fil-konferenza stampa li ta illum, il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni semma’ l-incident ta’ l-Imhallfin u l-involviment ta’ xi nies fil-habs f’operazzjoni tad-droga li giet sfrattata. Dan l-incident inkixef bis-sahha tas-Servizz tas-Sigurta’ li tant gie kkritikat mill-Partit Laburista, li vvota kontra t-twaqqif tieghu fl-1996, kien ippropona li jnehhih f’abbozz ta’ ligi li hareg f’Jannar 1998, u anki dalghodu, il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni qal li hu ma jaqbilx mieghu, pero’ kontra qalbu, qed jaccettah, tant li issa wara l-kritika kollha, qed jinvolvih anki fil-proposti tieghu.

Il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni nesa li l-ligijiet godda li ghadda Gvern Nazzjonalista f’dawn l-ahhar snin, jipprovdu ghal investigazzjoni shiha ta’ l-assi ta’ kull min hu sospettat b’ reat serju.

Fl-imsemmija konferenza stampa, saret referenza ghall-vittmi tal-droga. Nixtieq infakkar li meta jiena pproponejt ligi sabiex min jinqabad bi droga ghal uzu personali tieghu ma jmurx il-habs bil-fors, Dr. Sant ghamel gwerra shiha kontra din il-ligi, u sahansitra intlabet division kontriha. Illum biss qed nitkellmu dwar "cans iehor lill-vittmi kontra d-droga".

Ir-riforma shiha tal-Kodici Kriminali li saret is-sena l-ohra tat poteri godda lill-Forzi ta’ l-Ordni li gew injorati kompletament fil-ligi tal-Pulizija proposta mill-Partit Laburista fil-Gvern. Introducejna:

  1. id-dritt tal-vittmi li jkunu prezenti waqt proceduri kriminali u assistiti minn avukat;
  2. ir-reati godda ta’ kongura, assocjazzjoni kriminali, uzura, trattament hazin u uzu ta’ pornografija tat-tfal, korruzzjoni fis-settur privat, ir-reat ta’ mibeghda razzjali u nuqqas ta’ ghoti ta’ manteniment lil konjugi u t-tfal, zjieda fil-piena ta’ reati kontra l-anzjani;
  3. giet facilitata it-tkeccija ta’ immigranti llegali minn Malta bl-ghoti ta’ dritt lill-Pulizija li jkeccuhom minghajr ma jmorru l-Qorti.

Rigward il-kondizzjonijiet tal-membri tal-Korp tal-Pulizija, il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni qal biss li dawn ser jigu "sostnuti". Meta fl-1996 wieghed li sa jigu mtejba, il-Gvern tieghu naqqas id-dhul tal-Pulizija bi Lm650,000. Li issa ser jigu biss "sostnuti" mhux xejn ghajr certifikat ghall-impenn tal-Gvern Nazzjonalista lejn il-Korp tal-Pulizija li:

  1. ibbenefika minn dhul izjed ta’ Lm3 miljuni f’dawn l-ahhar erba’ snin u nofs imqabbel ma’ l-1998;
  2. l-allowances zdiedu bi 43% f’erba’ snin u nofs; u
  3. sar ingagg ta’ 337 kuntistabbli gdid kontra x-XEJN fi zmien 22 xahar ta’ Gvern Laburista.

Ghalhekk ma hemmx dubbju li l-esperjenza uriet li fi zmien Gvern Nazzjonalista l-weghdiet gew imwettqa, u l-Pulizija dejjem imxew ’il quddiem fil-kundizzjonijiet taghhom; issa li gejja l-elezzjoni kull ma kienet kapaci twieghed l-Oppozizzjoni hu li l-kondizzjonijiet li ta l-Gvern Nazzjonalista jigu sostnuti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow