L-ebda aggustament fil-prezz tal-prodotti taz-zejt
Ittiehdet id-decizjoni li ma jigi mplimentat l-ebda aggustament fil-prezz tal-prodotti taz-zejt, ghal dawn it-tlett xhur li gejjien, minhabba c-cirkustanzi eccezzjonali li nholqu b’rizultat tal-Gwerra fl-Iraq.
Ta’ min ifakkar li, mill-1 ta’ Jannar 2002, bdiet tithaddem ‘formula’ sabiex il-prezzijiet tal-prodotti taz-zejt f’Malta jirriflettu c-caqlieq fil-prezz taz-zejt fis-suq internazzjonali. Din il-‘formula’ giet applikata ghall-ewwel darba f’April 2002 u regghet giet applikata, minn dak in-nhar, f’gheluq kull tlett xhur. L-ahhar li giet applikata din il-formula kien fl-1 ta’ Jannar 2003, meta il-prezz tal-petrol kien tnaqqas filwaqt li dak tad-diesel ghola.
Izda, filwaqt li din il-formula tfasslet sabiex tirrifletti c-caqlieq li dejjem ikun hemm fil-prezz internazzjonali taz-zejt, liema caqlieq huwa meqjus bhala xi haga normali, ma kienetx intiza sabiex tithaddem fil-kuntest eccezzjonali li nholoq minhabba il-Gwerra fl-Iraq. Qeghdin bhalissa fi zmien meta l-prezz internazzjonali taz-zejt huwa suggett ghall-pressjoni annormali.
L-ewwel minhabba l-aspetattiva dwar din il-gwerra, u issa minhabba li faqqghet il-gwerra u minhabba l-hafna spekulazzjoni dwar l-andament taghha. Effettivament, is-suq internazzjonali taz-zejt ghadu wiehed mill-aktar volatili u instabbli. Il-prezz l-ewwel spara ‘il fuq, filwaqt li minn kif faqqghet il-gwerra beda nizel l-isfel u, l-indikazzjonijiet kollha huma, li ser jibqa` nizel iktar.
F’dawn ic-cirkustanzi, ma kienx rejalistiku, u lanqas ma kien ikun korrett, li wiehed jistrieh fuq l-applikazzjoni awtomatika u mekkanika tal-‘formula’ fuq il-perjodu ta’ tlett xhur biss, kif originarjament previst.
Minflok, jidher hafna iktar f’waqthu li l-kalkolu tal-prezz taz-zejt jinhadem fuq perjodu itwal, ta’ sitt xhur. Sa dak in-nhar, wiehed jistenna li tkun regghet stabilizzat ruhha s-sitwazzjoni annormali prezenti, filwaqt li kollox jindika li l-prezz taz-zejt ser ikun kompla nizel ghal-livelli li kienu meqjusa bhala medji, qabel ma bdiet l-ispekulazzjoni dwar il-gwerra.
Ghal din ir-raguni, mhux ser ikun hemm l-ebda aggustament fil-prezz lokali tal-prodotti taz-zejt. Ghalhekk, il-prezz tad-diesel, tal-‘unleaded petrol’, tal-‘lead replacement petrol’ u tal-pitrolju ser jibqghu l-istess.
Other Press Releases:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934