Left arrow Go Back

lM300,000 għall-ġonna tal-Belt Valletta

PR43
Date Icon 14/01/2003
Meta kien qed iżur xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni li qed isirufil-Ġonna ta’ Hastings fil-Belt Valletta, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech qal li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-belt Valletta, li twaqqaf mill-Gvern preżenti, kien qed jipproġetta nefqa ta’ Lm300,000 fuq perjodu ta’ sentejn, sabiex itejjeb id-dehra tal-gonna fil-belt Valletta u l-Floriana.
Francis Zammit Dimech qal li bħalissa kienu qed jitwettqu proġettita’ riabilitazzjoni u restawr fit-tliet ġonna tal-belt Valletta dak ta’ Hastings, tal-Barrakka ta’ Fuq u l-Barrakka t’Isfel. Hu qal li fil-ġimgħat li ġejjin se jiżdied ir-ritmu ta’ xogħol fil-ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq u l-Barrakka t’Isfel fil-Belt Valletta kif ukoll fil-ġnien tal-Mall, fil-Floriana.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li fil-Ġnien ta’Hastings kien hemm ħsara kbira fil-ħitan ta’ barra li f’partijiet minnhom kienu anke ta’ periklu, peress li bdew iċedu partijiet mill-ħajt f’diversi postijiet. Hu qal li għalhekk l-ewwel fażi tat-titjib ta’ dan il-ġnien kienet dik li jinbidlu l-ħitan ta’ barra. Dan il-proġett qed jitwettaq minn ħaddiema tal-kumpannija Kalaxlokk taħt id-direzzjoni ta’ l-uffiċjal tekniku Vince Centorrino. Francis Zammit Dimech qal li l-ħajt waħdu se jiswa Lm29,000. Hu qal li darba jitlesta x-xogħol fil-Barrakka ta’ Fuq u l-Barrakka t’Isfel jibda l-upgrading tal-Gnien ta’ Hastings.
Francis Zammit Dimech qal li bhala parti min dan il-proġett, hemmil-pjan li tinbena mill-ġdid il-gardjola li nħattet fl-1992, minħabba li kienet ta’ periklu. Ix-xogħol fuq dan il-proġett se jibda fil-jiem li ġejjin.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li l-proġett biexjiġu riabilitati l-ġonna tal-belt Valletta u l-Floriana, hu parti minn proġett sħiħ ta’ titjib ta’ l-ispazji pubbliċi kollha f’dawn iż-żewġ lokalitiajiet. Hu qal li diġà kienu riabilitati spazji pubbliċi bħal ġonna fiċ-Ċentru Rikreattiv Re Ġorġ V fil-Floriana u s-Salinos Ground fil-belt Valletta.
Il-Ministru Zammit Dimech ħabbar ukoll li fil-ħames snin li ġejjinse jintefqu mal-miljun lira għal proġetti ta’ areas pubbliċi li jinkludu Triq il-Merkanti/Pjazza San Ġorġ flimkien ma’ inħawi oħra fiż-żewġ lokalitajiet.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow