JUM IL-ĦELSIEN F’GĦAWDEX
pr408
28/03/2003
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, ser tippresiedi l-attivitajiet li ser jigu organizzati f’Għawdex, biex jitfakkar l-24 Anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien.
Iċ-ċerimonja ser tibda’ mill-Banda tal-Pulizija, li se takkumpanja l-wasla tal-Ministru ghal Ghawdex fi Pjazza Indipendenza, Victoria.
L-attivita` tilħaq il-qofol tagħha bi tqegħid ta’ fjuri mal-lapida kommemorattiva li tfakkar il-jum ta’ nhar il-31 ta’ Marzu 1979.
Waqt l-istess ċerimonja, il-Banda tal-Korp tal-Pulizija ser teżegwixxi programm mużikali, illi jigi fi tmiemu bid-daqq ta’ l-Innu Malti.
Other Press Releases:
PR261934en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261934