Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI DWAR LIBELL LI GHAMEL IL-MINISTRU LILL-MALTA LABOUR PARTY

pr388
Date Icon 26/03/2003

Illum il-Ministru tal-Finanzi John Dalli ghamel libell lill-Malta Labour Party dwar billboard li twahhal madwar Malta b’insinwazjonijiet u gideb li huma malafamanti.

Il-Ministru John Dalli jfakkar li fir-rigward ta` l-HSBC diga kien ghamel u infatti rebah libell kontra r-radju Super One, kemm fil-Qorti kriminali, kif ukoll f’dak Civili. Matul dawn il-proceduri, is-Super One abbandunaw l-insinwazjonijiet li ghamlu u gabu l-iskuza li minn kien qed imexxi l-programm ma kienx jaf ihaddem il-buttuni ta’ quddiemu.

Dwar id-Daewoo, il-Ministru tal-Finanzi jerga’ jfakkar li hadd mill-Partit Laburista qatt ma attribwilu xejn direttament ghalkemm b’mod ta’ gifa, ghoxew fl-inzinwazjonijiet. Ifakkar wkoll li l-ahhar self tal-kumpanija u t-tbaghbis li sar bill-bills of exchange, kien fi zmien Gvern meta Dr Alfred Sant kien Prim Ministru u meta bhala Chairman tal-Bank of Valletta kien hemm appuntat ex-kandidat Laburista.

Dwar l-Isptar tal-Qroqq, il-Ministru tal-Finanzi jsostni li t-tender ta` l-ghoti tal-medicina li fuqha qed jaghmlu dan l-ghajjat kollu tal-Malta Labour Party qed jinghata fi process trasparenti ghal kollox u li fih minn ihossu ngurjat jista’ jappella, kif fill-fatt sar. Il-hazin qieghed li l-Malta Labour Party jipprova jintimida biex id-decizjoni xxaqleb lejn negozjanti li qed jippretendu 7 miljun Euro aktar.

Din il-kampanja ta’ hmieg hi sinonimu mal-Malta Labour Party li, ghax nieqes mill-vizjoni u mill-kapacita’, jipprova jimmina lill-avversarji tieghu b’kampanja ta’ gideb u qerq.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow