Left arrow Go Back

PROĠETT TA’ NOFS MILJUN LIRA GĦALL-BELT VALLETTA

pr384
Date Icon 24/03/2003

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern, permezz tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, kien se jwettaq proġett ewlieni fil-kapitali ta’ pajjiżna li hu stmat li jiswa nofs miljun lira. Il-proġett hu dak tal-pavimentar ta’ Pjazza San Ġwann u parti minn Triq il-Merkanti. Il-Ministru kien qed jitkellem meta inawgura ufficjalment wirja dwar il-pavimentar ta’ Triq il-Merkanti.

Francis Zammit Dimech fakkar li fl-1990 kienu ġew pavimentati Pjazza San Ġwann, madwar il-monument lil Nerik Mizzi, u Pjazza Reġina. Aktar tard ġew pavimentati ukoll Triq Żakkarija u Triq ir-Repubblika. Hu qal li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-belt Valletta kien qiegħed iwettaq ukoll diversi xogħlijiet ta’ pavimentar bil-ġebel tal-qawwi fil-Belt u l-Floriana, filwaqt li fejn hemm programm fit-tul biex fejn hemm paviment bil-ġebel tal-qawwi f’dawn iż-żewġ lokalitajiet, dan qed jiġi restawrat.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li l-proġett għall-pavimentar ta’ Pjazza San Ġwann u Triq il-Merkanti kien jinkludi titjib fis-servizzi f’dawn it-toroq kif ukoll titjib fis-sistema elettrika. Hu fakkar li Triq il-Merkanti kienet waħda mit-toroq prinċipali kummerċjali tal-belt Valletta u li għalhekk kienu se jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex ikun hemm inkonvenjent mill-inqas.

Francis Zammit Dimech qal li l-pubbliku issa se jintalab jagħti l-opinjoni tiegħu dwar id-diżinji sottomessi għall-pavimentar u t-titjib ta’ Pjazza San Ġwann u ta’ parti minn Triq il-Merkanti. Din il-wirja se tibqa’ miftuħa ġimgħatejn.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura irringrazzja lill-Kamra tal-Periti u lill-Kunsill Lokali Valletta għall-kollaborazzjoni tagħhom sabiex jintagħżel l-aħjar diżinn. Hu qal li kienet inżammet sistema stretta ta’ nome de plume. L-ismijiet ta’ dawk li ssottomettew diżinji qegħdin f’safe ġo bank lokali u jinfetħu biss meta jkun imħabbar in-nome de plume rebbieħ.

Francis Zammit Dimech qal li l-Proġett għar-Riabiliazzjoni tal-Belt Valletta bħalissa qiegħed jaħdem fuq diversi proġetti fil-Belt Valletta u l-Floriana. Dawn kienu jinkludu t-tliet ġonna ewlenin, dawk tal-Barrakka ta’ Fuq u ta’ Isfel u l-ġonna ta’ Hastings. Kienet se tibda wkoll ħidma fil-ġonna tal-Mall, il-Floriana.

Il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-belt Valletta kien qed iwettaq diversi proġetti oħra ta’ restawr f’ħafna mill-bini mportanti u storiku tal-kapitali li kien jinkludi l-Palazz Presidenzjali u diversi knejjes fosthom dawk tal-Ġiżwiti u l-Vitorja.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li l-ħidma li qed issir fil-belt Valletta qed tgħin mhux biss biex bini storiku jingħata lura l-importanza li tixraqlu iżda biex tiġi riġenerata l-kapitali ta’ pajjiżna, biex titgawda minnha u minn dawk il-barranin kollha li jżuruha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow