Left arrow Go Back

HATRA TAL-BORD TAD-DIRETTURI Fl-ISPTAR MONTE CARMELI

pr368
Date Icon 20/03/2003

Il-Ministeru tas-Saħħa, bħalissa hu impenjat fuq riforma sħiħa fil-qasam tas-Saħħa li għandha tbiddel kompletament ir-rwol tad-Diviżjoni tas-Saħħa. L-amministrazzjoni ċentrali tad-Diviżjoni tas-Saħħa għandha tieħu r-rwol ta’ regolatur, billi tiffoka fuq tfassil ta’ policies u prioritajiet, tieħu funzjonijiet ta’ superviżjoni u evalwazzjoni, filwaqt li titlaq minn idejha ix-xogħol li tipprovdi servizzi diretti. Is-servizzi diretti għandhom jingħataw minn aġenziji li jaqgħu taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi.

Il-pjani tal-Gvern dwar l-awtonomija fl-isptarijiet jinsabu fi stadju avvanzat u issa kien imiss li jinħatar il-bord tad-diretturi ta’ l-isptar Monte Carmeli. Il-gvern għazel li jkollu taħlita ta’ nies li ġejjin minn oqsma differenti b’esperjenzi fil-kamp soċjali, mediku u maniġerjali. F’dan il-bord se jkun hemm ukoll rappreżentanza tal-pazjenti.

Il-bord hu kompost minn:

Chairman - Is-Sur Renè Formosa

Membri - Is-Sur Louis Bonnici
              It-Tabiba Sandra Buttigieg
              Is-Sinjura Lilian Caruana Colombo
              Is-Sur George Lewis

Biex jilħaq id-diversi għanijiet il-bord irid jiżgura li l-ħtiġijiet mediċi u mentali tal-pazjenti jingħataw l-akbar importanza u li s-servizzi mogħtija jkunu jaqblu mal-policies tas-saħħa tal-Gvern. It-twaqqif tal-Bord tad-Diretturi mhux ser ikollu l-ebda impatt fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ l-impjegati ta’ l-isptar Monte Carmeli.

Il-gvern jemmen bis-sħiħ li d-devoluzzjoni tar-responsabiltà fit-tmexxija ta’ l-isptar għandha ġġib titjib fis-servizz kemm għall-pazjenti u qrabathom, kura aħjar għall-pazjenti kif ukoll użu aħjar tar-riżorsi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  First 12 semiconductor start-ups complete Silicon Catalyst’s incubation programme, with some now setting up operations in Malta

PR261934en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  L-ewwel 12-il start-up fis-settur tas-semikondutturi jtemmu l-programm ta’ Silicon Catalyst u wħud minnhom qed jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Malta

PR261934

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow