Aktar minn Lm4 miljun fis-sena għall-biedja fis-sena mill-EU
PR32
10/01/2003
| Il-Ministru għall-Agrikoltura u s-Sajd, l-Onor. Ninu | Zammit qal li s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea se twassal biex is-settur tal-biedja jkompli jissaħħaħ u jsir aktar sostenibbli u dan jista’ jkun possibbli li jsir, permezz tal-għajnuna finanzjarja li dan is-settur se jingħata mill-istess Unjoni. Hu tenna li din l-għajnuna tista’ tiġi biss jekk pajjiżna jissieħeb fl-UE. |
| Il-Ministru Zammit qal li permezz tan-negozjati li | saru, l-għajnuna għas-settur agrikolu min-naħa ta’ l-Unjoni Ewropea se tkun tammonta għal aktar minn Lm4 miljun fis-sena fl-ewwel tliet snin wara s-sħubija. |
| L-Onor. Ninu Zammit, li kien qed iżur xi rziezet f’Ħad-Dingli, | qal ukoll li kuntrarjament għall-impressjoni li hawn min qed jipprova jagħti, illi t-tnaqqis tal-levies fuq prodotti ta’ l-ikel diġà ħalla effett negattiv fuq is-settur agrikolu, il-fatti juru li fl-aħħar sitt xhur tas-sena li għaddiet il-volum ta’ prodotti li nbiegħu mill-Pitkaliji żdied b’2.7 miljun kilo jew b’14.3 fil-mija għal 21.9 miljun kilo, meta mqabbel ma’ l-istess perijodu s-sena ta’ qabel. Kienu reġistrati wkoll żidiet ta’ 1.5 fil-mija fil-bejgħ ta’ laħam tat-tiġieġ imkabbra lokalment u ta’ 0.6 fil-mija fil-bejgħ ta’ laħam tal-majjal. |
| Hu irrifera wkoll għall-għajnuna li diġà bdiet | tingħata lill-produtturi fis-settur tal-biedja u qal li sa tmiem is-sena li għaddiet din l-għajnuna ammontat għal aktar minn miljun lira. Il-Ministru Zammit qal li din l-għajnuna se tgħin lill-bdiewa u lir-raħħala jkomplu jtejbu l-livell tal-għajxien tagħhom. |
| L-għajnuna li ngħatat s’issa lill-bdiewa li | jkabbru l-ħxejjex u l-frott tinkludi, Lm63,875 lil dawk li jkabbru l-patata, Lm139,177 lil dawk li jkabbru d-dwieli, u Lm35,914 għal ħxejjex u frott li l-bdiewa biegħu mill-Pitkalija, total ta’ Lm238,966. |
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en