Left arrow Go Back

Skola Primarja Ġdida għall-inħawi ta' Pembroke

PR31
Date Icon 10/01/2003
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea ħabbar liwara li sar studju dettaljat ġie identifikat is-sit fejn ser tinbena skola primarja ġdida għall-inħawi ta' Pembroke. Il-Ministru Louis Galea, li kien akkompanjat mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent George Pullicino, żar is-sit f'Pembroke u iddiskuta ma' l-uffiċjali ta' l-FTS l-ippjanar ta' din l-iskola ġdida.
L-istudju li sar juri li l-lokalita' ta' Pembroke qedtikber b'mod mgħaġġel u hemm bżonn li tinbena skola primarja ġdida għal madwar 750 tifel u tifla mill-kindergarten sas-sitt klassi. Il-bżonnijiet ta' llum f'din il-lokalita' huma ta' skola ta' 500 student, madankollu minħabba li din il-lokalita' qed tespandi kif ukoll peress li hemm lokalitajiet viċini li minnhom jiġu xi studenti (Baħar iċ-Ċagħaq, Madliena, San Ġwann, San Ġiljan, Sliema u Swieqi) qed tiġi ppjanata skola li mhux biss taqdi l-bżonnijiet immedjati iżda anke dawk futuri.
L-Iskola Primarja ta' Pembroke se tkun l-ewwel SkolaPrimarja mibnija kompletament mill-ġdid mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) skond il-linji gwida li joħorġu mill-Kurrikulu Nazzjonali l-ġdid. L-iskola se jkollha 38 klassi tad-daqs mitlub mir-regolamenti, klassijiet li jkunu mdawwla tajjeb u arjużi, u li jkollhom dak kollu li hemm bżonn biex l-istudenti jkollhom ambjent tajjeb li jkattar it-tagħlim. L-iskola se jkollha Multi-Purpose Hall li tkun tista' tintuża wkoll għall-komunita' ta' Pembroke, spazji rikrejattivi mdaqqsin (minimu ta' 6,600 metri kwadri) u faċilitajiet oħra bħal kmamar għall-attivitajiet, drama, mużika, teknoloġija eċċ.
L-iskola mistennija tinbena fuq żewġ sularibil-possibilita' li tiġi estiża għal tlett sulari. L-iskola ser tkun mghammra b'lifts u tkun kompletament aċċessibli għal persuni b'diżabilita'. L-iskola se jkollha faċilitajiet ta' parkegg kemm għall-użu tal-ġenituri u l-għalliema kif ukoll għall-komunita' wara l-ħin ta' l-iskola.
Fl-istess studju li sar, ġew identifikati disa' sitiu minnhom intgħażel sit
partikolari li hu l-aħjar sit biex tinbena skola ubiex taqdi l-bżonnijiet tal-lokal. Is-sit magħżul hu ta' madwar 12,000 metru kwadru.
Is-Segretarju Parlamentari qal li s-sit hu idealigħax hu viċin żona residenzjali, u għalhekk fil-biċċa l-kbira tal-każi l-ġenituri u t-tfal jistgħu jimxu lejn l-iskola; hu ’l bogħod minn attivitajiet kummerċjali li jistgħu itellfu; hu f'post fejn l-ambjent huwa arjuż u san; u m'hemmx ħafna traffiku għaddej minn ħdejn s-sit. Huwa qal ukoll li hdejn is-sit li ntgħażel għall-iskola hu ppjanat li jkun hemm ċentru lokali għal Pembroke u għalhekk jista' jkun hemm tqasim ta’ faċilitajiet. Fl-istess ħin dan is-sit huwa viċin il-Knisja l-ġdida ta` Pembroke kif ukoll il-ġnien.
Huwa qal li meta wieħed jippjana skola primarja iridjara li mhux biss jkun hemm ambjent xieraq għall-istudenti iżda wkoll li din tkun integrata bħala parti mill-lokalita', u li tintuża mill-komunita'. L-iżvilupp ta' l-iskola primarja bl-ebda mod ma jfixkel l-iżvilupp ta` ċentru kummercjali (trade centre) li l-Ministeru għas Sevizzi Ekonomiċi presentament qed jevalwa l-interessi espressi wara talba pubblika. Is-Segretarju Parlamentari George Pullicino temm jghid li l-għazla tas-sit saret ukoll fid-dawl tal-kummenti li l-MEPA irċeviet għall-Abbozz tal-Pjan lokali għat-Tramuntana tal-portijiet (North Harbours Local Plan).
Il-Ministru Louis Galea qal li jinsab ħerqan li jaradin l-iskola tinbena l-ewwel nett għaliex jaf kemm hi meħtieġa għall-lokalita' ta' Pembroke u l-lokalitajiet l-oħra viċini, u t-tieni għaliex din se tkun l-ewwel skola primarja li se tinbena kompletament mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada. Il-Ministru qal li l-Fondazzjoni qed twettaq xogħol tajjeb ħafna f'inqas żmien u b'użu aħjar tal-fondi pubbliċi. Wieħed mill-aqwa eżempji ta' dan jinsab ukoll f'din il-lokalita' - l-iskola sekondarja Sir Adrian Dingli fejn diġa' tlestiet l-ewwel fażi u l-istudenti issa qed jattendu skola ta' l-ogħla kwalita'. Hu qal li għalhekk hu konvint li malli joħorġu l-permessi mill-MEPA u jitlestew il-pjanti finali l-Fondazzjoni se tibni skola primarja ġdida fi żmien qasir u ta' l-ogħla livell.
Il-Ministru Galea temm jgħid li tul l-erba' snin ligħaddew saru xogħlijiet ta' tisbieħ u manutenzjoni permezz ta' 160 inizjattiva f'100 skola madwar Malta u Għawdex. Minn mindu bdiet topera l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada saru u qed isiru xogħlijiet f'50 Skola Primarja, 24 Skola Sekondarja u Junior Lyceums, tlett kumplessi ta' l-iskejjel u sitt skejjel speċjalizzati. Il-Fondazzjoni wettqet ukoll diversi proġetti li jinkludu t-tisbieħ tal-klassijiet u l-bini ta' l-iskola (s'issa saru xogħlijiet f'42 skola), titjib tal-faċilitajiet rikreattivi (12-il proġett), u xogħlijiet biex l-iskejjel isiru aċċessibbli (s'issa bdew 79 proġett).
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow