Diskors ta’ l-Onor. Censu Galea, Ministru ghat-Trasport u Komunikazzjoni, waqt l-inawgurazzjoni ta’ kors dwar Trasport ta’ Merkanzija Perikoluża organizzat mill-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta – Sa Maison – 10 ta’ jannar 2003
PR30
10/01/2003
| Il-Gvern ilu jħoss il-ħtieġa li jintroduċi | regolamenti ġodda li għandhom jgħinu biex inaqqsu r-riskju għan-nies u propjeta meta jsir trasport ta’ merkanzija perikoluża. |
| Huwa fl-interess tal-pubbliku li nipproteġu l-ambjent, | iżda l-istess pubbliku jrid ikun lest li josserva r-regoli li jkun hemm. L-introduzzjoni maħsuba ta’ dawn ir-regolamenti għandha twassal għal kontrolli aħjar. Regolamenti simili ilhom jeżistu f’pajjizi oħra. F’ Malta għad fadal ħafna xi jsir f’dan il-qasam u għaldaqstant hemm bżonn li jsiru ħafna preparamenti biex nilħqu livelli għolja ta’ sigurta f’dak li jirrigwarda t-trasport ta’ merkanzija perikoluża. |
| Minn din is-sena Malta ser tadotta il-European | Agreement Concerning theInternational Carriage of Dangerous Goods by Road – magħrufa aħjar bħala ADR. |
| L-Amministrazzjoni ta’ l-ADR taqa’ taħt | ir-responsabbilta’ tal-Kummissjoni Ekonomika tal-Ġnus Magħquda fl-Ewropa. L-ADR tagħti informazzjoni fuq il-miżuri varji li jridu jittieħdu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan il-ftehim. Vetturi ġejjin minn pajjizi li mhumiex membri ta’ l-Unjoni Ewropea jistgħu jitħallew jgħaddu minn pajjizi membri diment u sakemm dawn ikunu konformi ma’ l-istandards u speċifikazzjonijiet ta’ l-ADR. |
| L-ADR tispeċifika liema merkanzija perikoluża tista’ | tiġi trasportata internazzjonalment, tispeċifika wkoll liema huma dawk il-prodotti li jistgħu jiġu trasportati. Il-ġarr ta’ ammonti żgħar ta’ merkanzija perikoluża ma’ taqgħax taħt regolamenti ta’ l-ADR bħalma ma jaqgħux dawk l-oġġetti perikolużi li jkunu qed jiġu trasportati f’vetturi li jaqgħu taħt r-responsabilita’ tal-Forzi Armati. |
| Esplussivi u materjali radioattivi jaqgħu taħt l-ispeċifikazzjonijiet | u l-istandards tal-ADR, tkun xi tkun il-kwantita’. |
| Kull pajjiż parteċipant f’dan il-ftehim irid | bil-fors ikollu nies mħarrġa apposta u bi kwalifiki vokazzjonali biex b’hekk ikunu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet ewlenin ta’ l-ADR. |
| Bħala preparazzjoni biex nilħqu r-rekwiziti kollha | tal-ADR, l-Awtorita’ dwar it-Trasport f’Malta (ADT) qeghda torganizza dan il-kors msejjaħ: Dangerous Goods Safety Adviser course. Dan il-kors qiegħed jiġi mogħti mill-Chemfreight Dangerous Goods TrainingLtd, ta’ l-Ingilterra. Il-Kors huwa ta’ sitt ijiem, li jinkludu wkoll ġurnata dedikata għall-eżami. Organiżazzjonijiet assoċjati mat-trasport ta’ merkanzija perikoluża fit-triq ġew mistiedna biex jattendu. Dawk li aċċettaw din l-istedina huma l-ADT, Enemalta, Occupational Health andSafety Authority, Protezzjoni Civili, il-Pulizija, il-Forzi Armati, GRTU, Ko-Operattiva tal-Burdnara, Assoċjazzjoni tat-Tractor/TrailerOperators/Owners, u l-ETC. |
| Dan il-DGSA kors ser ikun segwit minn kors ieħor ta’ | tlett ijiem, imsejjaħ Dangerous Goods Drivers Training (Instructors) Course. Dan il-kors huwa intiż l-aktar, għal nies mill-ETC sabiex ikunu jistgħu jkomplu jagħtu korsijiet biex jgħallmu lix-xufiera li jġorru il-merkanzija perikoluza huma stess fil-futur. |
| Hija l-intenzjoni tagħna illi meta jintemmu dawn | il-korsijiet, aktar taħrig fil qasam tat trasport ikompli jingħata mill-ETC, b’kollaborazzjoni mal-ADT. |
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en