Left arrow Go Back

Il-MINISTRU TAT-TURIZMU JINAWGURA R-RABA’ EDIZZJONI TA’ "Le Festival International De La Gastronomie À Malte"

PR29
Date Icon 10/01/2003
"Fis-settur tat-turizmu gà dhalna fl-Ewropa" – Il-MinistruRefalo
"Fit-turizmu diga’ qed nghixu f’xenarjutal-Unjoni Ewropea. Gà dhalna fl-Ewropa." Hekk qal il-Ministru tat-Turizmu Michael Refalo waqt li kien qed jinawgura r-raba’ edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Gastronomija ta’ Malta.
"Matul dawn l-ahhar snin illiberalizzajna l-industrija,wettaqna ristrutturar, esponejniha ghall-kompetizzjoni, qtajna s-sussidji u l-monopolji, ghaddejna mill-ikrah, u sahhahniha b’mod li wriet li kienet kapaci tirpilja tajjeb u tirpilja qabel haddiehor mill-burraxka tal-11 ta’ Settembru 2001."
Il-Ministru Refalo spjega kif fil-qasam tal-lukandi m’hemmxejn li jzomm lill-barranin milli jinvestu f’Malta.
"Ilna snin li barranin setghu jixtru, jinvestu,jibnu u jmexxu sew l-izghar guesthouse kif ukoll l-akbar lukanda. Min ried seta’ gie fostna.
Hekk ukoll fil-qasam tar-ristoranti. Barrani jista’jinvesti, jixtri u jiftah ristorant tal-ewwel u t-tieni klassi. Propju kif jistghu jaghmlu l-Maltin."
Il-Ministru stqarr li minkejja b’suq miftuh, "Ir-rizultathu dak li hu. Dan juri kemm mhuwiex minnu li l-Unjoni Ewropea tiftah il-bibien tad-dilluvju."
Il-Ministru Refalo tenna li kull min irid jinvestifit-turizmu ghandu l-opportunità jaghmel dan. Minkejja dan hadd ma gie biex jiehu post il-Maltin! Fin-negozju jregu r-regoli tas-suq u tal-kompetizzjoni mhux il-qerq u l-fantasija ta’ min ghandu interess jigdeb u jghid in-nofs veritajiet.
"Min hu iblah biss jemmen li hawn min lestihalli suq ta’ hafna miljuni u jpartu ma’ wiehed ta’ ftit eluf."
Il-Ministru Refalo qal li "Qed nghixu f’era ta’globalizzazzjoni. L-operaturi fit-turizmu qed jieklu lill-xulxin, jikbru u jizviluppaw f’kumpaniji dinjin. Malta u l-Maltin ma jistghux ma jaghtux kaz x’qed jigri fid-dinja, bilfors irridu naggustaw ghal dan il-fenomenu u niksbu kull vantagg li nistghu minnu."
Il-Ministru Refalo fakkar li f’okkazjoni ohra kienqal li l-globalizzazzjoni ser thalli warajha sew rebbieha kif ukoll telliefa.
‘B’shubija fl-Unjoni Ewropea u minghajrhal-process tal-globalizzazzjoni jibqa’ ghaddej. Bid-differenza li fl-Unjoni Ewropea nkunu parti minn forza akbar u minn strutturi li jizguraw level playing field, fejn kulhadd jigi mhares minn kompetizzjoni bla qies. Barra u wahedna nisfaw bhal qasab fir-rih."
Il-Ministru Refalo, waqt li ferah lill-organizzaturi,u nnota b’mod specjali l-partecipazzjoni tac-Cina, stqarr li meta chefs Maltin jiehdu sehem f’gari internazzjoniali, mhux biss johorgu bl-unuri izda dejjem jiksbu esperjenzi gooda b’mod li jitjiebu l-kwalità u l-prodott.
"F’dan ir-rigward din l-AssocjazzjoniKulinarja ta’ Malta, kienet u ghadha dejjem minn ta’ quddiem."
Il-Ministru fakkar li l-Istitut ghall-Istudji fit-Turizmu(ITS) joffri korsijiet full time kif ukoll part time biex jaghti opportunità ghat-tahrig lil min qed jahdem fl-industrija u qatt ma nghata tahrig.
Il-Ministru tenna li l-profeti foloz li kienuibezzghu bil-migja ta’ eluf ta’ barranin biex jiehdu post il-Maltin, ghalqu halqhom.
Il-Gvern ha hsieb iharreg lill-haddiema Maltin unnegozja b’mod li l-interessi taghhom jigu mharsa.
"Minkejja dan, jehtieg nizguraw li meta jasall-1 ta’ Mejju 2004, kull min jahdem fil-lukandi u ristoranti jkun ha tahrig siewi biex ma jkun hemmx min igib skuza li ma jsibx haddiema Maltin imharrgin tajjeb."

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow