DISKORS MILL-PRIM MINISTRU, L-ONOREVOLI EDWARD FENECH ADAMI, LILL-KORP DIPLOMATIKU FL-OKKAŻJONI TAL-BDIL TA’ AWGURI GĦAS-SENA L-ĠDIDA – BERĠA TA’ KASTILJA - IL-ĠIMGĦA, 10 TA’ JANNAR 2003
PR26
10/01/2003
| Għal darba oħra għandi l-opportunità li nagħtikom merħba u | nawguralkom fil-bidu ta’ sena ġdida. Nixtieq nesprimi l-isbaħ xewqat lilkom u lill-familji tagħkom. Permezz tagħkom nixtieq inwassal ukoll l-awguri tal-Gvern u l-poplu ta’ Malta lill-Gvernijiet u ’l popli tal-pajjiżi rispettivi tagħkom. |
| Hija ħaġa xierqa f’dawn l-okkażjonijiet li | wieħed jirrifletti fuq il-ġrajjiet reċenti u jħares ’il quddiem lejn il-futur immedjat. Din is-sena, l-eżerċizzju jassumi rilevanza u importanza partikolari għal Malta. |
| Malta llum tinsab fil-quċċata ta’ wieħed mill-perijodi | l-aktar determinanti fl-istorja tagħha. Ftit ġimgħat ilu aħna temmejna b’suċċess in-negozjati għad-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea. Ftit ġimgħat oħra l-poplu Malti se jikkonferma, permezz ta’ referendum, jekk il-ġejjieni ta’pajjiżu hux se jkun fl-Unjoni jew le. |
| Il-proċess ta’ l-adeżjoni tagħna ġibed aktar | fit-tul u kien aktar kumpless minn kif bsarna fil-bidu. Aħna ressaqna l-applikazzjoni tagħna għas-sħubija fin-nofs ta’ l-1990. Din ħabtet ma’ żmien ta’ taqlib kbir, għalkemm din ma kinitx direttament influwenzata minnu - taqlib li kien qiegħed iseħħ f’dik li sa dak iż-żmien kienet għadha t-tifsila riġida ta’ l-Ewropa ta’ wara l-gwerra. |
| Mill-bidu t-tħabrik tagħna għas-sħubija fl-Unjoni | kien ispirat minn fatturi storiċi u ekonomiċi profondi. Kif għidna kemm-il darba, għal Malta s-sħubija fl-Unjoni hija proċess naturali, mhux tbegħid mill-passat tagħha. |
Aħna tlifna ċ-ċans fl-ewwel tkabbir ta’ l-1995. Fl-1996 bidla qasira fil-Gvern waqqfet l-applikazzjoni għas-sħubija. Din reġgħet ġiet riattivata mill-Gvern tiegħi meta rġajna ħadna l-Gvern f’idejna fl-1998. Matul l-aħħar erba’ snin kellna nħabirku bi bżulija kbira biex inreġġgħu lilna nfusna fl-avangwardja tal-proċess tat-tkabbir li kull ma jmur qiegħed dejjem jissaħħaħ.
| Għalhekk it-tmiem b’suċċess tan-negozjati | jnissel fina sens partikolari ta’ sodisfazzjon. Flimkien mal-pajjiżi kandidati l-oħra u l-istati membri ta’ l-Unjoni aħna nagħrfu u nilqgħu t-tifsira storika daqstant estensiva ta’ dan ir-riżultat. |
| Iżda fil-każ ta’ Malta, hemm ingredjenti | partikolari - is-sens ta’ missjoni diffiċli li twettqet, ta’ għan mixtieq li ntlaħaq, u ta’ appuntament mad-destin li seħħ. Dawn jirriżultaw mis-sens intimu ta’ parteċipazzjoni fil-valuri u l-aspirazzjonijiet li jinsabu fil-qalba ta’ l-esperjenza Ewropea. |
| L-għażla li l-Gvern tiegħi qed ipoġġi quddiem l-elettorat | Malti hija ta’ interess fundamentali għal Malta. Is-sħubija fl-Unjoni sa jkollha impatt dirett u prattiku kemm individwalment kif ukoll kollettivament. Din għandha tissoda l-iżvilupp ekonomiku tagħna billi tagħtina pedament sod u lieva indispensabbli biex nilqgħu għall-isfidi inevitabbli tal-globalizzazzjoni. |
| Is-sħubija għandha twassa’ u tapprofondixxi l-politika | tagħna ta’ koeżjoni soċjali permezz ta’ dimensjonijiet aktar amplifikati fejn għandhom x’jaqsmu d-drittijiet tal-ħaddiema, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-ħarsien ta’ l-ambjent u l-attenzjoni għall-anzjani u għal dawk żvantaġġati. Din se sservi ta’ sisien wiesgħa li fuqhom nistgħu nkomplu niżvolġu l-politka tagħna ta’ ħbiberija u kooperazzjonui ma’ pajjiżi oħra fuq livelli bilaterali, reġjonali u globali. |
| Iżda daqstant ieħor huma importanti l-effetti | dejjiema u komprensivi tas-sħubija fl-Unjoni. Is-sħubija għandha sservi biex issaħħaħ dejjem iżjed l-impenn fundamentali ta’ Malta għad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi. Din għandha ddaħħalna u tagħtina rwol fi proċess, li gradwalment qed iwassa’ żona ta’ paċi, prosperità u ġustizzja fil-kontinent Ewropew kollu kemm hu. Din għad iġġibilna benefiċċji dejjiema ta’ koeżjoni u solidarjetà kollettiva. Biż-żmien is-sħubija ta’ Malta għad tikkontribwixxi favur it-tisħiħ tad-dimensjoni Mediterranja tar-relazzjonijiet esterni ta’ l-Unjoni. |
| Il-Gvern tiegħi jinsab fiduċjuż li l-elettorat | Malti huwa f’pożizzjoni biex jagħmel għażla ċara u inekwivoka fir-referendum li ġej, b’għarfien sħiħ ta’ l-interessi nazzjonali fundamentali li hemm involuti. Dan ġej mhux biss minħabba r-riżultati tan-negozjati, iżda wkoll minħabba l-mod ta’ kif l-elettorat inżamm informat u involut, matul il-proċess kollu tan-negozjati. |
| Kif ikkonfermaw diversi sondaġġi ta’ l-opinjoni | pubblika li saru reċentement, l-elettorat Malti huwa fost dawk l-aktar informati rigward l-affarijiet Ewropej. Id-dibattitu intern tagħna fuq l-argument tas-sħubija kien u għadu għaddej imqanqal. F’ċertu sens dan għen biex ġie assigurat li l-poplu Malti jibqa’ l-ħin kollu attent mhux biss għall-aspetti prattiċi tan-negozjati, iżda wkoll għall-prinċipji bażiċi involuti. |
| Il-Gvern tiegħi ħa l-passi mill-bidunett biex | iwaqqaf żewġ strutturi. Ta’ l-ewwel, fil-forma tal-Malta-EU Steering and Action Committee, li kien immirat biex jassigura l-involviment regolari ta’dawk li għandhom interessi fil-proċess tan-negozjati. L-ieħor, fil-forma taċ-Ċentru Informazzjoni Malta-Unjoni Ewropea, li kien immirat biex jipprovdi xmara ma taqta’ xejn ta’ informazzjoni fattwali kemm dwar l-istess negozjati kif ukoll dwar l-Unjoni in ġenerali. |
| Inħossni sodisfatt li, minkejja l-kwantità u l-kumplessità | enormi tan-negozjati u n-natura unika u kumplessa ta’ l-Unjoni, iż-żewġ strutturi wettqu ħidmiethom b’mod ammirevoli. |
| Minħabba f’hekk, il-poplu Malti se jaffronta | r-referendum li ġej imgħarraf sewwa biex jikkonsidra t-tliet aspetti l-kbar ta’ l-għażla li jrid jagħmel. |
| L-ewwel aspett għandu x’jaqsam man-natura ta’ l-Unjoni | li magħha Malta se tingħaqad. Mhix ħaġa ħafifa biex wieħed ifisser f’definizzjoni waħda n-natura ta’ l-Unjoni, li fl-aspetti l-iżjed essenzjali tagħha, hija proċess li jevolvi kontinwament aktar milli istituzzjoni speċifika. |
| Imma mhix ħaġa diffiċli li wieħed ifisser dak li | l-Unjoni m’hijiex. M’hijiex, u m’għandha ebda ambizzjoni li tkun super-potenza li tibla’ u ddewweb ġo fiha l-identità tal-membri individwali li minnhom hi magħmula. Lanqas ma hi klabb elitista u ħali tas-setgħana u ta’ l-għonja, li timponi regoli u kundizzjonijiet arbitrarji fuq il-membri iżgħar u ifqar tagħha . |
| L-elettorat Malti qiegħed f’pożizzjoni li | japprezza li s-sħubija fl-Unjoni kienet fil-fatt fattur deteminanti biex issaħħaħ l-identitajiet individwali nazzjonali, u biex tħaffef l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ l-istati membri l-fqar. |
| It-tieni aspett ta’ l-għażla li l-poplu Malti | qiegħed jiġi msejjaħ biex jagħmel jirrigwarda l-kwistjoni dwar għaliex hija ħaġa essenzjali li Malta tingħaqad ma’ l-Unjoni. Diġà ntqalu bosta affarijiet fid-dibattitu intern dwar id-diversi vantaġġi immedjati u fit-tul tas-sħubija, li diġà semmejt. Il-Maltin huma konxji li se jkollhom jiffaċċjaw tibdil, tkun xi tkun l-għażla li jagħmlu f`dan l-istadju. Il-punt kruċjali huwa li l-għażla favur is-sħubija fl-Ewropa hija l-unika waħda li tqiegħed lil Malta fl-aħjar post biex tilqa’ għall-isfidi tal-ġejjieni. |
| It-tielet aspett ta’ l-għażla li l-elettorat | Malti qed jiffaċċja jirrigwarda x’fih u kemm hu adattat il-pakkett ta’ l-adeżjoni li nkiseb frott tan-negozjati. Jiena ċert li m’inhix waħdi li qed insostni li aħna akkwistajna pakkett tassew eċċellenti. |
| Dawk li moħħhom biss biex ifittxu d-difetti fir-riżultati | miksuba ġeneralment jitilqu mill-premessa falza li Malta kellha bżonn tinnegozja xi miżuri biex jipproteġuha kontra xi responsabbiltajiet tas-sħubija. Dan huwa bbażat fuq malintiż, kemm dwar in-natura tas-soċjetà u l-ekonomija Maltija, kif ukoll dwar in-natura tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. |
| Waħda mill-esperjenzi l-aktar sodisfaċenti tan-negozjati | kienet il-prova li ħarġet dwar il-livell għoli ta’ kompetenza li teżisti fost l-esperti Maltin biex jifhmu u jsolvu l-ħafna kwistjonijiet kumplessi fil-ħajja ta’ l-UE. Hija ħaġa ċara li n-negozjanti u l-intraprendituri tagħna huma daqstant ieħor kapaċi jidentifikaw u jisfruttaw l-opportunitajiet immensi li jinħolqu mas-sħubija fl-UE. |
| Dak li dawn għandhom bżonn m’huwiex il-kenn mill-isfidi | ta’ quddiemna iżda l-assigurazzjoni li huma sa jgawdu billi l-logħba ssir fuq art livellata li fuqha jistgħu jistinkaw kemm jifilħu fil-ħidma tagħhom. Dan huwa dak li tlabna u li rnexxielna nakkwistaw fin-negozjati. |
| Is-sħubija fl-Unjoni m’hijiex menù selettiv. Hija | impenn totali. Impenn biex wieħed jikkondividi ma’ membri oħra sett sħiħ ta’ valuri u aspirazzjonijiet bażiċi. Impenn biex naħdmu lkoll flimkien biex nilħqu għanijiet komuni. Bażikament, dan huwa impenn biex niżviluppaw l-identità nazzjonali u nkattru l-ġid nazzjonali mhux bħala sforz diviżiv imma bħala sforz bi sħab. |
| Barra minn hekk, kif dejjem saħaq il-Gvern tiegħi, | is-sħubija fl-Unjoni żżid dimensjoni enerġika biex Malta tiżviluppa r-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi oħra fir-reġjun tagħha u lil hinn minnu. Dan seħħ matul l-aħħar ftit snin li matulhom l-involviment bilaterali u multilaterali kontinwu tagħna mexa pass pass ’il quddiem ma’ l-involviment tagħna fin-negozjati ta’ l-adeżjoni. |
| Iż-żjara tiegħi fl-Awstralja u fiċ-Ċina matul | il-kors tas-sena li għaddiet uriet kemm is-sħubija fl-Unjoni għad tkun punt ta’ vantaġġ fir-relazzjonijiet bilaterali ta’ Malta. |
| L-involviment tagħna minn żmien ilu fil-ħidmiet | favur il-paċi u l-kooperazzjoni fil-Mediterran, kemm fuq il-livelli bilaterali kif ukoll fuq dawk reġjonali, jekk xejn sar aktar intens matul l-aħħar snin. |
| Fuq livell multilaterali usa`, m’ilux irratifikajna | għadd ta’ konvenzjonijiet internazzjonali, inkluża dik dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali. Komplejna r-rwol tagħna f’diversi organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari l-Organizzazjoni Internazzjonali Marittima, fejn il-kooperazzjoni tagħna mill-qrib ma’ l-Unjoni Ewropea u l-membri tagħha issa saret element importanti tal-ħidma kontinwa tagħna favur it-titjib tant meħtieġ fis-sigurtà marittima. |
| Il-lezzjoni insistenti ta’ żminijietna hija l-ħtieġa | ta’ titjib fil-kooperazzjoni u s-solidarjetà internazzjonali b’riżq is-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet globali kbar. Ta’ l-akbar importanza fost dawn il-kwistjonijiet hemm dawk li għandhom x’jaqsmu mat-terroriżmu u d-delinkwenza internazzjonali u dawk relatati mal-provokazzjoni ta’ inegwaljanzi soċjali u ekonomiċi madwar id-dinja. |
| Bir-raġun kollu li t-terroriżmu ddomina l-attenzjoni | fix-xhur reċenti. Il-komunità internazzjonali hija konxja b’mod akut li s-sura tat-terroriżmu li splodiet matul l-aħħar ftit snin hija mmirata mhux biss kontra s-sigurtà ta’ ammonti enormi ta’ ċittadini iżda wkoll, anzi primarjament, kontra l-għeruq tas-soċjetà demokratika. L-isfida l-aktar kritika hija kif wieħed għandu jilqa’ b’mod effettiv għal din il-forma ta’ terroriżmu bla ma jmermer il-valuri bażiċi ta’ l-umanità, ir-razzjonalità, it-tolleranza u r-responsabbiltà kollettiva, li jikkaratterizzaw is-soċjetajiet tagħna. |
| Matul l-aħħar tnax-il xahar kien hemm xi żviluppi | rassiguranti minn dan il-lat, speċjalment fil-prontezza ċara biex jiġu utilizzati l-proċessi tal-konsultazzjoni multilaterali, u b’mod aktar speċifiku n-Nazzjonijiet Uniti, biex naffrontaw il-kwistjoni tat-tkattir fl-għadd ta’ l-armamenti tal-qirda tal-massa. |
| Hemm bilanċ bil-wisq delikat x’jintlaħaq bejn | il-bżonn li wieħed jassigura l-kredibiltà fl-isforzi biex nilqgħu għall-isfidi kollha kontra l-legalità internazzjonali, u l-mezzi li jintużaw biex nassiguraw din il-kredibiltà. F’mument meta l-possibiltà ta’ l-użu tal-forza militari biex tiġi assigurata l-konformità qegħda għal darba oħra tiġi kkontemplata, fil-kuntest tas-sitwazzjoni preżenti fl-Iraq, in-natura ta’ dan il-bilanċ qegħda tiġi mhedda. Huwa kruċjali li l-gvern ta’ l-Iraq jikkopera bis-sħiħ ma’ l-ispezzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti f’dan l-istadju. Jibqa’ ta’ importanza vitali għall-komunità internazzjonali li tkompli taġixxi f’għaqda mal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, u li jsir kull sforz biex tinstab soluzzjoni sodisfaċenti mingħajr il-bżonn ta’ azzjoni militari, li bħal dejjem għandha titqies bħala l-aħħar soluzzjoni. |
| Malta tħares ukoll lejn is-sitwazzjoni preżenti | fl-Iraq fil-kuntest usa’ ta’ l-istabbiltà immedjata u fuq medda aktar fit-tul fil-Lvant Nofsani, u kif imbagħad din taffettwa l-istabbiltà eqreb lejn artna fil-Mediterran. F’dan il-kuntest il-ħtieġa għal soluzzjoni permanenti u ġusta tal-kwistjoni Palestinjana tibqa’ l-ewwel u qabel kollox. Inħeġġu biex ikun hemm attenzjoni kontinwa u sħiħa fuq din il-problema. |
| Aħna nħeġġu wkoll li tingħata attenzjoni | sostnuta u sħiħa favur il-problemi tal-faqar u n-nuqqas ta’ l-iżvilupp li, fuq perspettiva aktar fit-tul, probabbilment jikkostitwixxu sfida hekk kbira għall-istabbiltà u l-prosperità internazzjonali daqs il-problemi aktar immedjati tal-lum. |
| L-ambjent globali instabbli inevitabbilment kien ta’ | xkiel għall-isforzi nazzjonali favur l-iżvilupp. Il-kundizzjonijiet ekonomiċi globali negattivi li b’mod sinifikanti affettwaw il-biċċa l-kbira ta’ l-ekonomiji madwar id-dinja, kellhom l-effett tagħhom fuq l-ekonomija Maltija. Madankollu, matul l-ewwel disa’ xhur ta’ l-2002, l-ekonomija Maltija kibret bi 2.5 fil-mija f’termini reali meta mqabbla ma’ l-istess perjodu s-sena l-oħra. |
| Filwaqt li xi setturi ta’ l-ekonomija tagħna, | inkluż it-turiżmu, intlaqtu mil-lajma globali, setturi oħra rnexxielhom inaqqsu l-impatt ta’ dan ir-rigress negattiv. B’mod partikulari, it-tnaqqis irreġistrat fl-ewwel sitt xhur tas-sena fis-settur ta’ l-elettronika traġġa’ lura matul it-tielet kwart ta’ l-2002. |
| Matul l-2002 kien hemm xi tnaqqis fl-importazzjoni u | l-esportazzjoni globali tagħna, għalkemm xi sezzjonijiet tal-kummerċ tagħna fl-esportazzjoni baqgħu sodi u bdew juru sinjali ta’ titjib matul it-tieni nofs tas-sena. Ir-rati tal-qgħad u l-inflazzjoni kienu xi ftit ogħla mis-sena l-oħra, iżda dawn baqgħu sew f’livelli maniġġibbli. |
| L-isforzi tagħna biex jerġa’ jkollna l-istabbiltà | fil-finanzi pubbliċi tagħna sejrin tajjeb. Il-bilanċ tal-budget bħala proporzjon mill-Prodott Gross Domestiku mistenni li jinżel minn 7 fil-mija fl-2001 għal ftit aktar minn 5 fil-mija fl-2002. |
| Terġa’, anke f’perjodu ta’ diffikultà | ekonomika relattiva, kellna l-ħila nimxu ’l quddiem b’miżuri mmirati lejn riformi ekonomiċi u soċjali fuq medda twila. Matul is-sena, komplejna ngħaddu għadd sinifikanti ta’ liġijiet ġodda u ntroduċjena riformi amministrattivi f’għadd ta’ setturi importanti. Dawn jinkludu l-promulgazzjoni ta’ leġislazzjoni importanti fl-oqsma tar-relazzjonijiet dwar l-impjiegi u l-industrija, is-servizzi finanzjarji, is-servizzi bankarji, il-kodiċi kriminali u ċivili, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-immigrazzjoni. Ix-xogħol sostnut fuq il-privatizzazzjoni wera riżultati sinifikanti fl-oqsma tas-servizzi postali u fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. |
| Għandna quddiemna żminijiet ta’ sfida u ta’ | stimolu. Nibqgħu għaddejjin dejjem iżjed ’il quddiem biċ-ċertezza li l-ħidma li twettqet fil-passat riċenti se sservina qatigħ fil-ġranet u x-xhur li ġejjin. |
| B’dan l-ispirtu, nilqa’ l-opportunitajiet | għall-kollaborazzjoni produttiva bejn il-pajjiżi rispettivi tagħna li se jitfaċċaw fix-xhur li ġejjin. |
| Biex nagħlaq, nixtieq nagħtikom mill-ġdid ix-xewqat | sbieħ tiegħi, flimkien ma’ l-awgurju li l-ħidma tagħna lkoll isservi biex issaħħaħ dejjem iżjed ir-relazzjoniiet bilaterali ta’ bejnietna, kif ukoll il-ħidma kollettiva biex nippromwovu l-paċi, il-ġustizzja u l-prosperità għal kulħadd. |
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en