DISKORS MILL-ONOR. GIOVANNA DEBONO, MINISTRU GĦAL GĦAWDEX, FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ UFFICJALI TAL-PROĠETT RESIDENZA SANT’ANNA, SPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX - 9 TA’ JANNAR 2003
PR23
09/01/2003
Onorevoli Prim Ministru,
Onorevoli Mr Speaker,
l-Eccellenza Tiegħu, Mons. Isqof,
Onorevoli sħabi membri parlamentari,
Sur Sindku tal-Belt Victoria,
Sinjuri.
| Huwa bi pjacir tiegħi nilqagħkom għal din l-attivita’ | ta’ dalgħodu li qegħda sseħħ propju hawnhekk, faccata ta’ l-entratura l-ġdida ta’ Residenza Sant’Anna, illum, ftit iktar minn sena minn meta nbeda x-xogħol ta’ tkabbir u modernizzar ta’ din li hi l-unika residenza tal-Gvern għan-nisa anzjani f’Għawdex. |
| Il-ħtieġa li jinbeda dan il-proġett kienet ilha | tinħass. Ta’ min jgħid li sa mill-ftuħ ufficcjali ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fl-1975, f’din is-sala ftit li xejn saru xogħlijiet konkreti ta’ manutenzjoni. Kienet irriduciet ruħha għal sezzjoni mill-inqas dinjituża ta’ l-isptar, tant li, fil-percezzjoni komuni tan-nies, din is-sala kienet meqjusa biss bħala “tax-xjuħ”. Illum il-ġurnata, kif intom ilkoll ser ikollkom l-opportunita’ li taraw b’għajnejkom stess minn hawn u ftit ieħor, minn sezzjoni ma tantx meqjusa, dawn l-inħawi ngħataw mhux biss dehra ġdida iżda, kif spjega tant tajjeb Dr. Anthony Livori, is-Supretendent ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, permezz ta’ dan il-proġett, din is-sala tejbet bis-sħiħ is-servizzi u l-facilitajiet offruti minnha. |
| Ridna ninvestu bis-sħiħ. Ridna nuru bil-fatti li | kull settur tas-socjeta’ tagħna, għall-Gvern preżenti, huwa mportanti. Għalhekk investejna aktar minn Lm700,000 sabiex anke l-anzjani nisa ta’ Għawdex, li kull ma jmur qed jiżdiedu fin-numru, ikollhom din id-dar dinjituża u li turi r-rispett li lkoll kemm aħna għandna lejhom. |
| Residenza Sant’Anna, minbarra li toffri ambjent | modern, akkoljenti u san, hija l-alternattiva għad-djar privati li joffru postijiet ta’ residenza lil anzjani Għawdxin li jagħżlu jew, b’xi mod jew ieħor, ikunu kostretti li joħorġu ‘l barra minn darhom, ta’ eta’ kemmxejn kbira. Iżda, b’differenza ta’ djar oħra, fejn huma biss 38 il-postijiet li jakkomodaw ilkoll flimkien, Residenza Sant’Anna – permezz taż-żieda ta’ 35% fil-postijiet fuq li kienet takkomoda s’issa – tista’ tilqa’ 81 residenta. |
Bil-fatti, il-Gvern preżenti qed jagħmel id-differenza. Fejn s’issa l-opportunitajiet li kellhom l-anzjani f’Għawdex kienu mill-iktar limitati, illum il-ġurnata dawn kibru għaliex il-Gvern taħt amministrazzjoni Nazzjonalista beda joffri servizzi u facilitajiet li sa ftit snin ilu ma kienux jeżistu.
| Introducejna diversi servizzi ġodda, li jinkludu | fost l-oħrajn, is-Servizz tal-Platt Sħun, il-ftuħ ta’ l-ewwel Centru ta’ Matul il-Jum u l-ftuħ mill-ġdid ta’ l-Universita’ tat-Terza Eta’. Komplejna noffru s-servizzi ta’ għajnuna fid-dar ta’ l-anzjani residenti f’darhom li jinkludu s-servizz tal-Handyman u tat-Telecare kif ukoll is-servizz ta’ assistenza lil persuni bi problemi ta’ inkontinenza. |
| La ninsabu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ma nistax | ma nsemmix l-investiment qawwi ta’ dan il-Gvern fil-qasam tas-saħħa ta’ Għawdex. Nibda billi nsemmi l-aħħar proġett kapitali li nawgurajna dan is-sajf – proġett li sewa madwar Lm40,000 u li hu dak tat-tieni fażi tat-tkabbir u mmodernizzar tad-dipartiment ta’ l-Emerġenza. Ix-xogħol ta’ tkabbir ta’ dan id-Dipartiment ta’ kien jikkonsisti fil-bini ta’ ambulance bay, waiting room, porters lodge, toilets għall-pazjenti, resuscitation room u l-immodernizzar ta’ żewġ kliniċi. |
| Matul dawn l-aħħar snin ukoll wettaqna tkabbir u | modernizzar f’diversi nħawi oħra ta’ l-Isptar, fosthom id-dipartiment ta’ l-Outpatients, is-Sezzjoni tal-Medical Records kif ukoll fl-Operating Theatre. Ftaħna dik li hi l-ewwel Renal Unit għal Għawdex u b’hekk eliminajna għal kollox l-inkonvenjent ta’ pazjenti Għawdxin li saħansitra riedu jaqsmu għat-trattament f’Malta anke sa tlett darbiet fil-ġimgħa. Ftaħna wkoll Isolation Room ġdida kif ukoll id-Dipartiment ta’ l-Isterilizzar sabiex l-għodda li jintużaw waqt operazzjonijiet jiġu sterilizzati f’Għawdex stess. |
| Matul dawn l-aħħar erba’ snin ridna ninvestu | bis-sħiħ fil-qasam tas-saħħa hawn Għawdex. Dan għaliex il-ġid ta’ l-Għawdxin, fit-totalita’ tiegħu, jinteressana b’mod dirett. Il-Gvern preżenti iqiegħed kontinwament il-ħtiġijiet tal-poplu Malti u Għawdxi u kien għalhekk li dħalna għal proġetti u inizjattivi li jkomplu jtejbu l-livell u l-kwalita’ ta’ għixien ta’ sezzjonijiet differenti mill-popolazzjoni tagħna, b’mod partikolari ta’ sezzjonijiet l-iktar li jeħtieġu l-assistenza, l-attenzjoni u r-riżorsi tagħna. |
| Fid-dawl ta’ dan kollu, kien għalhekk li matul din | il-leġiżlatura nvestejna b’mod qawwi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni u fil-qasam tas-saħħa b’mod partikolari. Bit-tfassil ta’ pjanijiet u, iktar importanti minn hekk, bit-twettieq ta’ xogħol għaqli nvestejna fejn l-iktar li kien hemm ħtieġa. |
| L-inawgurazzjoni ta’ dalgħodu ta’ dan | il-proġett Residenza Sant’Anna huwa biss il-konferma li Gvern taħt amministrazzjoni Nazzjonalista jagħti prijorita’ lil inizjattivi li verament iqiegħdu ‘l quddiem sezzjonijiet partikolarment vulnerabbli tas-socjeta’. Din hija biss il-prova ta’ kemm il-Gvern preżenti jagħti l-għajnuna, ir-riżorsi u l-attenzjoni sabiex ħadd ma jitħalla jaqa’ lura fil-kwalita’ ta’ ħajja li jgħix. |
| Nikkonkludi billi nirringrazzja lil dawk kollha li | kienu nvoluti fit-twettieq ta’ dan il-proġett, b’mod partikolari lill-Welfare Committee ta’ l-għajnuna u s-sostenn li l-Ministeru għal Għawdex sab mingħandhom. Nixtieq ukoll nirringrazzja, b’mod partikolari, lil Dr. Anthony Livori, Supretendent ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, kif ukoll lit-team kollu li ħadem bla heda għal dawn l-aħħar xhur sabiex wasalna għall-inawgurazzjoni ta’ dalgħodu. |
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en