Jerġa’ jibda x-xogħol ta’ restawr fuq Bieb il-Bombi
PR18
08/01/2003
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura javża | li minn nhar it-Tnejn 13 ta’ Jannar 2003 se jissokta x-xogħol ta’ restawr ta’ Bieb il-Bombi. Għal dan l-iskop se jerġgħu jidħlu fis-seħħ l-arranġamenti tat-traffiku li kien hemm qabel il-festi tal-Milied, peress li se jkun meħtieġ li jingħalqu mill-ġdid il-mini ta’ Bieb il-Bombi. |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura beda | il-proġett ta’ restawr ta’ Bieb il-Bombi f’Settembru 2002. Il-proġett hu maħsub li jieħu b’kollox sitt xhur. Ix-xogħol ta’ restawr speċjalizzat beda wara sejħa għall-offerti li ntrebħet minn Agius Stoneworks Ltd. Il-proġett qed jitwettaq taħt is-superviżjoni tal-Perit Mireille Fsadni mill-Unit għar-Restawr fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. |
| Ix-xogħol ta’ restawr qed jitmexxa fuq prinċipji | internazzjonali ta’ konservazzjoni. Dan inqasam f’erba’ fażijiet biex hekk titnaqqas kemm hu possibbli l-inkonvenjenza għall-pubbliku. Ix-xogħol ta’ restawr hu issa fi stadju avvanzat u bħalissa qed isir xogħol ta’ konservazzjoni tal-faċċata prinċipali. |
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en