Left arrow Go Back

Messagg tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena Mill-E.T. il-President ta’ Malta, Il-Prof. Guido de Marco

pr1581
Date Icon 24/12/2003
HutiMaltin u Ghawdxin,
Hmistaxilu, assistejt ghal kuncert korali gewwa il-Fontana Ghawdex.  L-innijiet helwin tal-Milied, interpretati bl-ikbar armonija haduni lura fiz-zmien, u ghext in-nostalgija ta’ meta konna tfal.  Kienu momenti pjacevoli hafna specjalment meta l-vuci angelica tat-tfal imliet il-knisja bin-noti tal-kant sabih Malti ‘Ninni la tibkix izjed’.
Il-Miliedhu festa personali, jerga’ jaghmilna tfal fl-ispirtu: hu zmien ta’ ghaqda familjari; ta’ hbiberija mgedda; ta’ solidarjetà ma’ min jinsab ghaddej minn perjodu iebes. Il-Milied hu fuq kollox zmien ta’ riflessjoni.
Dinis-sena li waslet biex tispicca, kienet wahda partikolari hafna kemm ghalina bhala poplu, kif ukoll ghall-komunità internazzjonali li minnha pajjizna jaghmel parti.
Ghalinal-Maltin, 1-2003 tibqa` mfakkra ghad-decizjoni li hadna bhala poplu biex Malta kkonfermat il-post taghha fl-Unjoni Ewropea: wara l-kisba ta’ l-Indipendenza u sussegwentament il-fondazzjoni tar-Repubblika, Malta fi ftit xhur ohra ser issir Membru fl-Unjoni Europea. Id-dhul taghna fl-Unjoni Ewropea mhuwiex fini fih innifsu, izda l-bidu ta’ triq importanti li tkompli tavvanza l-mixja ’l quddiem tal-poplu Malti. Imis lilna li napprofittaw ruhna mill-opportunitajiet li taghtina din l-Ewropa biex flimkien bhala poplu, nistabilixxu ruhna f’din l-Unjoni Ewropea ghall-prosperità tal-Maltin u l-Ghawdxin.
Kifdejjem emmint, Malta fl-Unjoni Ewropea ghandha wkoll missjoni importanti x’taqdi. Missjoni ispirata minn politika bbazata fuq il-principji tal-liberta`, id-djalogu bejn il-gnus u s-sovranita` ta’ l-istati. Dawn il-principji ghal pajjizna m’humiex semplici retorika izda mezz kif verament nidderigu r-rilevanza ta’ pajjizna fir-regjun taghna u fil-komunita` internazzjonali.
Il-popluMalti jemmen fil-paci fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.  Hekk juru l-hafna missjunarji Maltin, li jmorru f’artijiet imbeghda, ’il boghod mill-familji taghhom biex filwaqt li jippridkaw il-kelma t-tajba, jikkumbattu wkoll il-faqar u l-mizerja; hekk tfisser il-generosità tal-mijiet ta’ zghazagh Maltin involuti fil-volontarjat li ta kull sena joffru l-vaganzi tas-sajf taghhom, hafna minnhom anke jsiefru barra minn Malta, biex joffru daqqa t’id lil min jinsab fid-diffikoltà.
Forsil-aqwa esportazzjoni nazzjonali, hija dan is-sens ta’ solidarjetà.
Matull-2003 kellna wkoll raguni ghal thassib. Irrid nghid kemm inhossni vicin, specjalment f’dawn il-granet, ma’ dawk kollha li ghaddejjin minn xi problemi.  Meta jien nisma’ b’numru ta’ nies qeghda, jien nara mhux biss ic-cifri, izda nara ucuh, nara familji li jkunu ghaddejjin minn inkwiet.
L-istessinhoss ruhi hafna vicin dawk li jinsabu fl-isptarijiet fejn, il-fatt li jkunu barra minn darhom f’dawn il-granet, izid mat-tbatija taghhom.  Inhossni vicin in-nies li jinsabu privi mill-libertà jew qeghdin jiskontaw piena l-habs.  Dawn huma hutna wkoll u naf kemm fil-granet tal-Milied ihossu l-firda u s-solitudini.  Lilhom u lill-familji taghhom nawgura l-isbah xewqat tieghi.
Nemmenli l-Milied huwa moment ta’ solidarjetà.  Fostna, f’Malta, ghandna mijiet ta’ rifugjati, rifugjati mill-guh u rifugjati mill-ghera.  Jehtieg li fis-salvagwardji li niehdu necessarjament bhala poplu, ma ninsewx li dawn huma vittmi ta’ tbatija u ta’ ghaks.
Fix-xenainternazzjonali komplejna naraw l-apatija ta` l-umanita` kontra l-ingustizzja.
Ghaddietsena ohra, u ma tidhirx fil-qrib ir-realizzazzjoni ta’ l-Istat Palestinjan  — ic-cahda tal-paci, gejja minn fejn gejja hi ingustizzja.
Rajnazieda fit-terrorizmu, terrorizmu li jhalli hafna vittmi innocenti.
Rajnallkoll l-izvilupp tal-gwerra fl-Iraq.  Jidher li wasal iz-zmien li dan il-poplu Iraqi jerga jibda jhares ’l quddiem u jerga` jikkostruixxi l-futur ghall-uliedu.  Pajjizna jibqa` impenjat fis-shih fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti ghax fih insibu l-garanzija tal-paci u l-istabilità.
GheziezMaltin u Ghawdxin,
Din hija l-hames darba li qieghed nindirizzalkom l-awguri tieghighall-Milied u s-Sena l-Gdida bhala l-President ta’ Malta.  Xoghli, kif ukoll ix-xoghol tal-mara tieghi, johodna regolarment qrib l-iktar batuti fost is-socjetà Maltija.  Pero’ konna wkoll fortunati ghax missejna b’idejna l-altruizmu tal-poplu Malti, rajna mill-vicin il-qalb hanina li biha Alla ghogbu jbirek lill-pajjizna. Huma hafna fostna, li fis-skiet, minghajr hadd ma jaf, joffru minn dak li ghandhom biex haddiehor jghix ahjar.  Dan hu l-poplu Malti, poplu li jahseb f’ghajru.  Ghalija, irrid nghid, li mhemmx unur akbar minn dan li nirraprezentakom.  Nirringrazzjakom talli tajtuni l-opportunità li nservikom.
Nawguralilkom ilkoll, lil familji taghkom, il-Milied it-tajjeb u s-sena l-gdida mimlija risq u hena.
Grazzihafna minn qalbi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow