IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FRANCIS AGIUS IHEGGEG LILL-FAMILJI MALTIN BIEX IZURU LILL-ANZJANI MATUL IL-GRANET TAL-FESTI
pr1578
22/12/2003
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politka Socjali, l-Onor. Dr. Francis Agius filwaqt li awgura lill-anzjani kollha ta’ Malta u Ghawdex il-festi t-tajba, heggighom biex iharsu ‘l quddiem b’ottimizmu lejn il-hajja u kompla heggighom halli ghal dawn il-granet jaghmlu l-qalb u jgawdu dawn il-festi li jgibu maghhom il-ferh.
| Minn naha l-ohra, Dr. Agius heggeg lill-familji | Maltin u Ghawdxin u mod specjali lill-qraba ta’ dawk l-anzjani li huma residenti f’San Vincenz de Paul, fid-djar ta’ l-anzjani tal-Gvern, tal-Knisja u tal-privat, biex ma jonqsux li, matul dawn iz-zminijiet ta’ festi, jiehdu l-okkazzjoni biex izuru lill-gheziez anzjani taghhom, u jinsew xi differenzi li jista’ jkun hemm bejniethom.. |
| Dr. Agius heggeg lill-qraba biex jekk setgha kien | hemm xi nuqqas ta’ ftehim li seta’ nibet matul is-snin ma’ xi anzjani, kemm genituri jew zijiet u li jinsabu f’dawn id-djar, issa huwa l-mument opportun li jzuruhom u ghalhekk dawn l-anzjani ma jkollhomx Milied bhala minsijin. |
| Is-Segretarju Parlamentari Agius filwaqt li awgura | wkoll il-festi t-tajba lill-istaff li ser ikun xoghol f’dawn il-granet ta’ festi, heggighom biex kemm jista’ jkun, ikunu ta’ kumpanija u okkazjoni ta’ ferh iktar mis-soltu. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en