Diskors mill-Onor. Tonio Borg, ministru tal-gustizzja u l-intern, waqt l-iffirmar ta’ devoluzzjoni ta’ proprjeta’ pubblika lil erba’ Kunsilli Lokali
"Huwa pjacir tieghi li ghal darb’ohra qed nassisti ghall-iffirmar ta’ devoluzzjoni ta’ proprjeta’ tal-Gvern lill-Kunsilli Lokali. Huwa ta’ pjacir ghax naf li kull meta proprjeta’ pubblika ghaddiet f’idejn Kunsill, din il-proprjeta’ giet rijabilitata u bdiet tigi uzata ghall-gid tal-komunita tal-lokal u anki ghall-pubbliku in generali. Uhud minn dawn il-proprjetajiet ghenu ukoll biex xi Kunsilli ziedu d-dhul finanzjarju taghhom. Imma iktar importanti huwa li dawn qed jintuzaw ghal skopijiet kulturali, edukattivi, socjali u sportivi.
Il-Gvern huwa konxju tax-xoghol siewi li jwettqu l-Kunsilli b’risq il-residenti u kien ghalhekk li gie deciz li minn nhar it-Tnejn li gej, 139 ex haddiema tat-tarzna issa ser ikunu assenjati mal-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli mhux dehlin ghall-ebda spejjez ta’ pagi ta’ dawn il-haddiema, ghax dawn ser jithallsu mill-kumpanja l-gdida Industrial Projects Services Ltd. L-appell tieghi huwa li tizguraw li dawn il-haddiema jkunu produttivi ghall-gd tal-komunita’ li tirrapprezentaw.
Sa mill-bidu taghhom, ghaxar snin ilu, il-Gvern prezenti dejjem adotta politika ta’ devoluzzjoni ta’ poter u responsabbiltajiet lill-Kunsilli Lokali. Fil-bidu, dawn ir-responsabbiltajiet kienu limitati biss ghall-manteniment ta’ indafa fil-lokalitajiet, gbir ta’ skart, tibdil fi skemi tat-traffiku u konsultazzjoni dwar ismijiet ta’ toroq, l-ippjanar u skemi tal-bini. Maz-zmien il-Kunsilli bdew jinghataw dejjem iktar poteri bhal manutenzjoni ta’ toroq u bankini, playgrounds tat-tfal, gonna pubblici u centri sportivi, kulturali kif ukoll sinjali tat-traffiku u dwal fit-toroq.
Illum il-Kunsilli ghandhom ir-responsabbilta ta’ l-amministrazzjoni ta’ libreriji pubblici, ta’ infurzar tal-ligi fil-lokalitajiet respettivi taghhom permezz tas-servizz ta’ wardens, kif ukoll gbir ta’ licenzji, kirjiet u hrug ta’ permessi ghall-facilitajiet kummercjali.
Fl-ghaxar snin li ghaddew, il-Kunsilli evolvew, mhux minghajr problemi, imma meta wiehed iqis kollox, nistghu nghidu li dak li ghaxar snin ilu kien ‘esperiment’, illum huwa realta’ minquxa fl-ghola ligi tal-pajjiz, il-Kostituzzjoni. Illum, wara perjodu ta’ xetticizmu, hawn kunsens dwar il-Kunsilli u t-tlett partiti ewlenin huma rapprezentati fil-Kunsilli Lokali. Dan zgur li jghin biex il-Kunsilli jkomplu jizviluppaw ghal gid tal-komunitajiet taghhom.
Issa li ghaddew ghaxar snin, jehtieg li l-ligi dwar il-Kunsilli Lokali tigi emendata biex tkun tirrefletti ahjar ir-risponsabbiltajiet u d-doveri l-godda tal-Kunsilli u tghinhom biex ikomplu jevolvu. Bhalissa l-Gvern qed jistenna r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Assocjazzjoni ta’ Segretarji Ezekuttivi tal-Kunsilli Lokali dwar it-tibdil li jixtiequ jaraw fil-ligi. Imbaghad, wara konsultazzjoni ma’ dawk kollha interessati, l-emendi jitressqu u jigu diskussi fil-Parlament.
Zvilupp iehor li jista jghin hafna lill-Kunsilli Lokali huwa d-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Diga rajna xi Kunsilli li gawdew minn programmi ta’ l-Unjoni. Jekk il-Kunsilli jaghrfu jressqu proposti tajbin, il-finanzjament mill-Unjoni Ewropea jista jkun sostanzjali.
llum id-Dipartiment ta’ l-Artijiet u erba’ Kunsilli Lokali ser jiffirmaw ftehim li permezz tieghu, proprjetajiet pubblici ser jigu devoluti lill-Kunsilli. Dawn il-proprjetajiet huma:
- il-Foss bejn Triq Alessandra u Verdala Barracks li ser jghaddi ghand il-Kunsill Lokali ta’ Bormla biex imbaghat jinghata lill-Fondazzjoni Bormliza ghall-Persuni b’Dizabilita,
- fond f’Misrah l-4 ta’ Settembru l-Isla li ser jigi zviluppat f’e-government front office u librerija pubblika,
- gibjun f’Had-Dingli li wara li jissewwa, l-ilma li jingabar, ser jinghata lill-bdiewa tal-lokal u
- sit f’San Lawrenz Ghawdex li ser jigi zviluppat f’area rikrejattiva.
Kif tistghu taraw bl-iffirmar tal-ftehim tal-lum, ser igawdu sezzjonijiet differenti tas-socjeta’. ghax il-proprjetajiet ser jintuzaw ghal diversita’ ta’ skopijiet. Fl-ahhar mill-ahhar, dan huwa l-iskop ghaliex il-Gvern qed jghaddi dawn il-proprjetajiet lill-Kunsilli.
Il-Gvern huwa kommess li jkompli jghin lill-Kunsilli u ghaqdiet ohra biex jiehdu b’kera jew cens, artijiet u proprjetajiet pubblici biex ikunu jistghu jintuzaw ahjar. Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali bhalissa qed jipprocessa ghad ta’ talbiet ohra ta’ Kunsilli ghal devoluzzjoni ta’ art jew bini pubbliku.
Naghlaq billi nirringrazzja lill-kunsilliera ta’ l-erba’lokalitajiet li huma rapprezentati mis-Sindki rispettivi taghhom, ghax-xoghol siewi li qed jaghmlu b’risq il-komunitajiet taghhom. Bil-ghaqal il-Kunsilli jistghu jtejjbu mhux ftit l-istil tal-hajja tar-residenti tal-lokalitajiet li jirrapprezentaw.
Niehu din l-okkazjoni biex nawgura lilkom, sinjuri sindki, lill-kunsilliera u r-residenti tal-lokalitajiet taghkom, l-isbah xewqat ghall-Milied qaddis u Sena Gdida mimlija risq."
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en