Left arrow Go Back

Dahal fis-sehh l-Att XXIV ta’ l-2002 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali

pr1563
Date Icon 19/12/2003
Il-Ligi dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonalidahlet fis-sehh fis-16  ta` Dicembru 2003.
B`hekk ghall-ewwel darba f`pajjizna, inholqu reatikonnessi ma` krimini kontra l-umanita`, bhalma hu  genocidju. Fil-fatt l-artikolu 54A gdid tal-Kodici Kriminali jistabilixxi r-reati tal-genocidju, reati tal-gwerra u reati kontra l-umanita`. Hemm definizzjoni specifika ta` dawn ir-reati godda. Fejn ir-reat jinkludi qtil, hemm piena ta` ghomor habs, u fil-kazijiet l-ohra kollha il-piena hi ta` 30 sena prigunerija.
Meta l-Qorti Kriminali Internazzjonali titlob l-estradizzjonita` xi kriminali tal-gwerra li jkun jinsab f`Malta,  jithaddem process qasir u hafif ta` estradizzjoni peremezz ta` hrug ta` mandat ta` arrest mill-istess Qorti u jekk l-Avukat Generali ta` Malta jidhirlu illi dan hu validu, il-Magistrat jawtorizza l-estradizzjoni minghajr ma jidhol fid-dettal tal-kaz, izda jassigura ruhhu illi l-mandat hareg legalment mill-istess Qorti.
Il-QortiKriminali Internazzjonali twaqqfet f’Lulju 1998, meta 120 pajjiz addottaw l-Istatut f’dak li jissejjah “it-Trattat ta’ Ruma”, u bdiet tiffunzjona f’April tas-sena 2002 wara li, kif kien mehtieg, minimu ta’ 60 pajjiz kienu irratifikaw l-istatut.
Il-Qorti Dinjija ghandha s-sede taghha f’TheHague fl-Olanda u ser ikollu gurisdizzjoni universali; u ser tkun tista tipprocessa lil dawk li jikkomettu l-aghar krimini - il-genocidji, krimini kontra l-umanita’ u krimini tal-gwerra.  Il-Qorti ser tidhol f’kaz li l-awtoritajiet nazzjonali ma jkunux jistghu jipprocessaw huma.
B‘din il-ligi, Malta qed tonora l-obbligi taghhalejn il-gustizzja u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja u taghti l-kontribut taghha fit-tharis tad-demokrazija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow