MA JISTAX ISIR BEJGĦ TA’ PRODOTTI TA’ TABAKK U ALKOHOL LILL-PERSUNI TA’ ANQAS MINN SITTAX IL-SENA
pr1559
18/12/2003
| “Irrid infakkar li skond | il-liġi tat-Trading Licences Regulations, Avviz Legali 102/2002 fil-Kundizzjonijiet tan-Negozju, li dawn jorbtu lil kull xorta ta’ negozju ta’ bejgħ bl-imnut, bl-ingrossa jew manifattura u servizzi, ma jistax jinbiegħ alkohol u prodotti ta’ tabakk lill-persuni taħt is-16-il sena.” Dan qalu is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo. |
| Kemm | waqt dawn il-festi tal-Milied u s-sena l-ġdida kif ukoll wara, għandu jkun hemm attenzjoni partikolari lejn din il-kundizzjoni tan-negozju li hemm fuq kull negozju biex ma jsirx dan il-bejgħ lit-tfal u persuni ta’ taħt is-sittax-il sena. Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li “Hawn ukoll irrid niġbed l-attenzjoni biex il-ġenituri u adulti oħra ma jibgħatux lit-tfal tagħhom u oħrajn biex jixtru prodotti ta’ l-alkohol u tabakk. |
| Ladarba | tezisti din il-kundizjoni ghal kull negozju irid ukoll nigbed l-attenzjoni li kull min jinqabghad ibiegħ lit-tfal u persuni taħt 16 il-sena jista’ jitħarrek għaliex ikun qed jikser kundizjoni ta’ negozju.” |
L-Onor. Edwin Vassallo appella għall-ġid ta’ l-iżvilupp soċjali tal-poplu tagħna biex aktar persuni adulti jifhmu l-ħtieġa li t-tfal u adolexxenti tagħna għandhom ikunu mħarsa milli jkollhom l-okkażjoni li jiġu mqabbda jixtru dawn il-prodotti li jistgħu ikunu ta’ periklu għas-saħħa u l-iżvilupp ta’ l-adulti tagħna. Huwa temm jgħid li “Bl-istess mod irrid ukoll nappella lis-sidien tal-ħwienet biex jifhmu aħjar il-ħtieġa li jikkollaboraw u joqogħdu għal dawn il-kundizzjonijiet.”
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en