PubBlikazzjoni li tiffoka fuq is-sistema ta’ Guidance f’Malta fil-kuntest Ewropew
pr1553
17/12/2003
| Euroguidance Malta taħdem fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali bħala | parti mill-programm ta’ l-Unjoni Ewropea Leonardo da Vinci. Dawn l-aħħar għaxar xhur minn mindu Euroguidance Malta bdiet tagħti l-kontribut tagħha f’dan il-qasam, kienu mimlijin attivita’ immirata lejn il-ħolqien ta’ għodda utli għal dawk kollha li b’xi mod jew ieħor huma involuti fil-qasam edukattiv u taħriġ vokazzjonali. |
| In-network ta’ ċentri ta’ Euroguidance jaħdem sabiex jiffaċilita | l-mobilità taċ-ċittadini Ewropej madwar l-Ewropa. Biex tilħaq dan l-iskop, Euroguidance Malta tipprovdi aċċess għal riżorsi u informazzjoni dwar taħriġ vokazzjonali u “Lifelong Guidance” madwar l-Ewropa. Għaldaqstant fost dawk li jibbenefikaw mill-ħidma ta’ Euroguidance Malta hemm l-individwi u l-organizazzjonijiet involuti f’guidance għal taħriġ u għażla ta’ karriera, kemm għal studenti u għal ħaddiema. Dawn l-għanijiet Euroguidance Malta tista’ tilħaqhom bil-kontribut li tirċievi mill-Kummisjoni Ewropea li għal perjodu bejn Ottubru 2002 u Diċembru 2003 kien jammonta għal 74,111 Euros. |
| Iċ-ċentri | ta’ Eurogudiance madwar l-Ewropa huma nvoluti f’riċerka li ssir fil-qasam ta’ “career guidance and counselling”. Dan huwa servizz immirat l-aktar lejn l-organizzazjonijiet u l-individwi li joffru servizzi ta’ guidance dwar l-għażla ta’ studju, taħriġ vokazzjonali jew xogħol. Euroguidance Malta għada kemm ippublikat l-ewwel rapport tagħha li sar minn Prof. Ronald G Sultana. Fil-fatt dan ir-rapport bit-titlu: “Lifelong Guidance and the European Challenge - Issues for Malta”, jagħti ħarsa lejn is-sitwazzjoni preżenti tas-servizzi ta’ guidance f’Malta, paragunat mas-servizzi offruti madwar l-Ewropa. B’dan il-mod, ir-rapport, minbarra milli jiddeskrivi s-sistema Maltija, jidentifika xi diffikultajiet jew nuqqasijiet li jeżistu u l-isfidi li dan il-qasam jenħtieġ li jindirizza biex jaġġorna ruħu skond il-bżonnijiet ġodda li qed jinħolqu. Dak li sar jew qiegħed isir f’pajjiżi Ewropej, jista’ joffri eżempji tajbin li s-sistema Maltija tista’ ssegwi. |
| Dan | ir-rapport kien preżentat lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea waqt seminar organizzat minn Euroguidance Malta. Dan is-seminar ser jippreżenta ir-riżultati li ħarġu minn dan ir-rapport. Fost dawk li taw il-kontribut tagħhom waqt is-seminar kien hemm l-awtur tar-rapport, il-Professur Ronald G Sultana u żewġ kelliema barranin li huma nvoluti fil-qasam tal-guidance. Il-guidance teachers tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u dawk kollha involuti fil-qasam tal-guidance f’organizzazjonijiet differenti f’Malta kienu mistiedna għas-seminar u ngħataw kopja tar-rapport li għandu jgħinhom biex ikunu aġġornati dwar dak li qiegħed jiġri f’pajjiżi Ewropej f’dan il-qasam. |
| Euroguidance Malta ħadmet u qed taħdem fuq diversi xogħolijiet oħra | fosthom il-publikazzjoni ta’ Cd Rom dwar is-sistema edukattiva ta’ Malta, li huwa l-ewwel minn serje ta’ riżorsi li Euroguidance Malta tippjana li jkollha. Is-sena d-dieħla se jkunu publikati riżorsi li joffru informazzjoni lill-istudenti u lill-pubbliku Malti dwar il-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea u s-Sistemi Edukattivi tagħhom. Dawn il-publikazzjoniet ikunu jinkludu wkoll informazzjoni prattika dwar il-ħajja f’dawn il-pajjiżi u kif wieħed jista’ jagħmel użu minn diversi servizzi li joffru. Dan għandu jiffaċilita’ l-mobilita’ tal-Maltin lejn pajjiżi Ewropej oħra. Il-Euroguidance Malta qed tibni relazzjonijiet tajba ma’ organizazzjonijiet u istituzzjonijiet Maltin mid-diversi oqsma tas-soċjeta Maltija, li b’xi mod jew ieħor għandhom influwenza fuq l-edukazzjoni u x-xogħol f’Malta. Dan jgħin biex l-benefiċji minn Euroguidance Malta ikunu aċċessibli għal kull min huwa lest li jżomm ruħu aġġornat permezz ta’ taħriġ u studju fil-kuntest Ewropew. |
| Il-Ministru | fid-diskors tiegħu emfasizza l-importanza tal-guidance u b’mod partikolari l-guidance tul il-ħajja jekk verament irridu li l-edukazzjoni f’pajjiżna tkun edukazzjoni ta’ kwalita’ għal kulħadd. Hu qal li biex kliem bħal Edukazzjoni tul il-ħajja ma jibqgħux biss kliem sabieħ hemm bżonn li jkollna f’pajjiżna sistemi effettivi ta’ informazzjoni u gwida dwar il-karriera. Dan għandu jwassal biex inkunu f’sitwazzjoni fejn inkunu qed nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsa umana ta’ pajjiżna u nqabblu aktar il-ħiliet tal-Maltin ma’ l-opportunitajiet li jiġu offruti. Il-Ministru qal li għalkemm għandna 17-il consellor u 99 guidance teacher fl-iskejjel ta’ l-istat u 8 counsellors u 29 guidance teacher fl-iskejjel privati, hu evidenti li għad hemm bżonn aktar appoġġ għas-settur primarju għaliex aktar ma nibdew noffru dan is-sevizz kmieni, partikolarment permezz tal-Personal and Social Development – PSD, aktar nistgħu inkunu effettivi. |
| Il-Ministru | rringrazzja lill-Professur Ronald Scicluna ghax-xoghol siewi tiegħu kif ukoll lill-European Union Programmes Unit, ll-kumitat tal-Programm Leonardo u lil kull counsellor u guidance teacher, għaliex bix-xogħol tagħhom f’dan il-qasam qed ikomplu jiżviluppaw dan il-qasam għall-ġid tal-Maltin kollha. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en