L-ST MICROELECTRONICS TGĦIN FIL-ĦIDMA BIEX TIĠI ELIMINATA L-QASMA DIĠITALI
pr1539
16/12/2003
| Il-Ministru | għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, l-Onor. Austin Gatt ippresieda ċerimonja ta’ l-għoti ta’ ċertifikati lil dawk li attendew korsijiet ta’ taħriġ bażiku fl-informatika. |
| Fid-diskors | tiegħu, il-Ministru Gatt rrefera għar-rwol importanti li għandha l-ST Microelectronics, mhux biss għall-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna, iżda wkoll għall-iżvilupp soċjali. Il-Ministru Gatt sostna li l-ST Microelectronics tista’ tkompli bis-suċċess tagħha f’pajjiżna jekk f’Malta noħolqu soċjetà ta’ l-informazzjoni u niżviluppaw pajjiżna bħala ċentru reġjonali ta’ eċċellenza. |
| Il-Ministru | Gatt ta ħarsa lejn il-ħidma li saret u l-kisbiet li twettqu sa issa. Huwa elenka numru sħiħ ta’ inizjattivi li ħa l-Ministeru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni fil-hidma tiegħu kontra l-qasma diġitali. Dawn kienu jinkludu taħriġ bażiku lil erbat elef ruħ permezz tal-kors myWeb; ħamsa u sebgħin web phone installati madwar Malta u Għawdex; Internet Centre f’kull Kunsill Lokali; indirizz ta’ l-email lil kull min riedu, ECDL lill-istudenti sekondarji, tletin elf pakkett software tal-Microsoft għall-prezz ta’ Lm10.50 minflok Lm550, u l-istess software tqassam b’xejn lill-persuni b’diżabilità. |
| “L-inizjattivi | li ħadna qed jħallu l-frott mixtieq tant li llum, iktar minn ħamsin fil-mija tad-djar għandhom aċċess għall-internet,” kompla jghid Dr. Gatt. Huwa spjega li rridu nkomplu nsibu aktar sħab strateġiċi biex jaħdmu magħna ħalli nkomplu neliminaw d-digital divide. |
| Il-Ministru | Gatt irringrazzja lil ST Microelectronics għall-impenn tagħha anke fil-ħidma taghha biex telimina l-qasma diġitali. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en