Left arrow Go Back

250 għalliem jieħdu ċertifikat ta’ l-ICT

pr1538
Date Icon 16/12/2003
Il-Ministruta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea ipprezenta ċertifikat tat-teknoloġija ta’ l-Informatika u Komunikazzjoni (Information and Communications Technology – ICT) lil 250 għalliem li din is-sena għamlu kors apposta, biex jitħarrġu f’dan il-qasam.
Id-Dipartimenttat-Teknoloġija ta’ l-Edukazzjoni flimkien mad-Dipartiment tal-Kurrikulu fid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, ilhom jorganizzaw korsijiet ta’ ICT għall-għalliema u edukaturi volontarjament wara l-ħin ta’ l-iskola għal dawn l-aħħar erba’ snin. L-applikazzjonijiet jinsabu fuq l-internet u huma wkoll mibgħuta lil kull kap ta’ skola u lill-għalliema kollha permezz ta’ e-mail.
Bejnis-sena 2001-2003, kien hemm ma’ l-2,500 applikant. 1,625 kienu minn skejjel primarji u 875 minn skejjel sekondarji. Il-korsijiet isiru kemm fi skejjel ta’ l-istat kif ukoll fi skejjel privati.  Fil-fatt minn 2,500 applikant, 94 kienu minn skejjel privati, 280 minn skejjel tal-Knisja u 2,127 minn skejjel ta’ l-Istat.
Il-korsijietoffruti jinkludi Windows for Beginners, MS Word, MS Excel, ECDL, Internet, Creating a School Website, Graphics, Auto CAD u diversi oħrajn.  Dawn il-korsijiet qed isiru dejjem aktar popolari.  Fil-vaganzi tas-Sajf, in-numru ta’ għalliema li attendew kien ta’ 325 u ġew maqsuma fi 33 klassi.  250 minnhom ingħataw ċertifikat t’attendenza f’Dar il-Mediterran.
Il-MinistruLouis Galea qal li pajjiżna hu attrezzat tajjeb biex jilqa’ għall-isfidi li għandu quddiemu, partikolarment fil-qasam tat-teknoloġija.  Il-Ministru qal li l-qasam ta’ l-edukazzjoni irid ikun minn ta’ quddiem nett biex iħarreġ lill-ħaddiema u l-professjonisti ta’ għada bl-aqwa għodda għall-ġejjieni.  Hu qal li l-Gvern jemmen li l-għalliema għandhom bżonn taħriġ kontinwu biex filwaqt li jkomplu jtejjbu il-ħiliet tagħhom, jibqgħu rilevanti għad-dinja tal-lum u tal-futur.  Il-Ministru qal li hu jemmen li l-iskejjel ta’ l-istat huma riżors importanti li hemm bżonn jiġi użat bl-aħjar mod possibbli u b’mod li nieħdu l-massimu mir-riżorsi li għandu l-pajjiż. Hu qal li l-laboratorji ta’ l-ICT fl-iskejjel ġew użati biex jakkomodaw lill-applikanti kollha, u bl-istess mod irridu naraw kif nistgħu nużaw riżorsi oħra biex l-iskejjel ikunu verament ċentri ta’ tagħlim fil-komunita’.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow