Left arrow Go Back

MESSAGG MILL-E.T IL-PROF. GUIDO de MARCO, PRESIDENT TA’ MALTA, LILL-EMIGRANTI MALTIN U GHAWDXIN FL-OKKAZJONI TAL-MILIED U S-SENA L-GDIDA

pr1537
Date Icon 16/12/2003
GheziezMaltin u Ghawdxin li tghixu lil hinn mix-xtut ta’ pajjizna,
Il-messaggta’ awgurju li l-Kap ta’ l-Istat Malti jibghat lill-emigranti Maltin u Ghawdxin imxerdin mad-dinja, sar appuntament annwali importanti, li jirrifletti r-rabta li tezisti ma’ art twelidkom.
L-2003kienet sena impenjattiva hafna ghal Malta.  Permezz tar-referendum u sussegwentament, ta’ l-elezzjoni generali, il-poplu Malti ha decizjoni importanti fuq il-futur ta’ pajjizna u ddecieda li Malta ghandha ssir Membru fl-Unjoni Ewropea.  Dan hu avveniment storiku iehor ghal Malta; avveniment li ser jikkonsolida r-realizzazzjoni kontinwa ta’ pajjizna li minn kolonja kiseb l-Indipendenza u sar Repubblika.  B’din id-decizjoni, ic-cittadin Malti ser isir cittadin Ewropew bid-drittijiet kollha li c-cittadinanza ggib maghha.  Dan jghodd ukoll ghalikom li zammejtu c-cittadinanza Maltija.
Bis-shubijafl-Unjoni Ewropea, mhux biss hu mahsub li Malta ser tkun f’pozizzjoni ahjar biex tiggenera iktar prosperità f’pajjizna, tibni ekonomija izjed b’sahhitha u tgholli livelli ta’ l-ghixien ta’ kull Malti u Maltija, izda ukoll ser tkun f’pozizzjoni ahjar biex tikkontribwixxi ghall-istabilità u ghall-paci fir-regjun taghna, il-Mediterran.  Huwa xieraq li f’dan ir-rigward, niftakru f’dak li qalilna l-Papa Gwanni Pawlu II meta zarna sentejn ilu, li ahna l-Maltin ghandna nkunu bennejja ta’ pontijiet bejn il-popli fil-Mediterran. Dan ahna ghandna nfittxu li naghmluh fi hdan il-valuri li rawmu l-karrattru Malti, il-valuri kristjani ta’ l-imhabba u l-karita’ mal-proxxmu.
Jienanhossni kburi bikom, il-Maltin u Ghawdxin li tinsabu barra. Bnejtu hajja ghalikom u ghall-mahbubin taghkom f’artijiet imbeghda, u integrajtu ruhkom sewwa fis-socjetajiet ta’ madwarkom minkejja l-problemi li stajtu tiltaqghu maghhom. Intom xhieda tal-kapacità Maltija u permezz ta’ xogholkom u ta’ ghemilkom, iggibu rispett ghall-isem ta’ Malta. Ta’ dan nirringrazzjakom u nghidilkom li Malta dejjem tiftakar fikom. Komplu kunu ambaxxaturi ta’ din l-art helwa li tant thobbkom.  Huwa proprju ghalhekk li meta nkun fuq xi vizita statali, ninsisti li niltaqa’ mal-komunita’ Maltija. Hu b’dan is-sens ta’ pjacir li ta’ spiss nilqa’, fl-ufficcju tieghi fil-Palazz il-Belt, id-diversi assocjazzjonijiet ta’ Maltin ta’ barra li jigu jzuruni meta jigu Malta.
F’isemil-poplu Malti kollu, nawgura lilkom huti Maltin u Ghawdxin u lill-familji taghkom li tinsabu barra mix-xtut ta’ Malta, l-isbah xewqat ghall-Milied u sena gdida mimlija paci u prosperità.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow