L-ISKOLA TAL-GUDJA TAGHLAQ 50 SENA
pr1514
10/12/2003
| Il-Ministru | ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea attenda ċerimonja fl-iskola William Baker tal-Gudja biex jitfakkru l-ħamsin sena mill-inawgurazzjoni ta’ l-iskola primarja tal-Gudja. Iċ-ċerimonja bidet b’quddiesa ta’ radd il-ħajr. Wara l-Quddies is-Surmast ta donazzjoni li nġabret mill-iskola għall-Fondazzjoni Daniel Delicata li qed taħdem biex is-swali ta’ l-isptar ikunu aktar akkoljenti għat-tfal li jqattgħu żmien fl-isptar. |
| Il-Ministru, | flimkien mat-tfal ta’ l-iskola ħawwlu siġra u kixfu plakka kommemorattiva. Għall-okkażjoni ittajjru wkoll 50 ħamiema li jirrappreżentaw il-ħamsin sena ta’ l-iskola. Il-Ministru Louis Galea f’diskors qasir li għamel, tkellem dwar il-bidliet kbar li seħħew fl-edukazzjoni tul dawn l-aħħar ħamsin sena. Hu qal li sfida ewlenija ta’ l-edukazzjoni fiż-żmien li ġej hu kif l-iskejjel tagħna se jsiru aktar skejjel li joffru tagħlim tul il-ħajja u jkunu ċentri ta’ tagħlim fil-komunita’. |
| Il-Ministru | awgura li l-iskola tal-Gudja tkompli twettaq il-ħidma importanti tagħha fil-komunita’ tal-Gudja b’mod li l-poplu tal-Gudja ikompli jimxi l-quddiem fl-edukazzjoni u fl-iżvilupp soċjali. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en