ŻJARA F’MALTA MILL-OMBUDSMAN EWROPEW
pr1497
05/12/2003
| Fis-sensiela ta’ żjarat li qed jagħmel fl-għaxar pajjiżi li se | jissieħbu fl-Unjoni Ewropea f’Mejju ta’ l-2004, l-Ombudsman Ewropew il-Professur Nikiforos Diamandouros se jżur Malta bejn id-9 u l-11 ta’ Diċembru biex ikun jista’ jwassal u jressaq direttament liċ-ċittadini Maltin ix-xogħol li qed twettaq l-istituzzjoni li hu qed imexxi. |
| L-istituzzjoni ta’ l-Ombudsman Ewropew twaqqfet | permezz tat-Trattat ta’ Maastricht fl-1992. Tlett snin wara, fl-1995, il-Parlament Ewropew għażel l-ewwel Ombudsman u l-Professur Diamandouros li għal xi żmien kien l-ombudsman nazzjonali fil-Greċja, ġie elett biex jokkupa din il-kariga mill-1 ta’ April ta’ din is-sena. |
| L-Ombudsman Ewropew jinvestiga u jħejji rapporti | dwar każijiet ta’ tmexxija ħażina fl-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea bħalma huma l-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew. L-Ombudsman Ewropew jagħmel investigazzjonijiet meta jaslulu lmenti minn ċittadini ta’ stati membri ta’ l-Unjoni Ewropea iżda jista’ jagħmel ukoll inkjesti minn jeddu fuq inizjattiva tiegħu stess. |
| F’dawn l-aħħar snin l-Ombudsman Ewropew saħaq li | d-dritt għal amministrazzjoni u tmexxija tajba għandu jitqies bħala dritt fundamentali ta’ kull ċittadin. Bis-saħħa ta’ din il-ħidma, iċ-Charter ta’ Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea li ħareġ mil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li saret f’Nizza f’Diċembru tas-sena 2000 jirreferi f’Artiklu 41 għad-dritt taċ-ċittadin għal amministrazzjoni tajba u serja. |
| Sabiex ikun hemm aċċess aktar miftuħ | għall-ġustizzja u ċ-ċittadini f’soċjetà demokratika jkunu jistgħu jinsistu b’aktar qawwa biex l-awtoritajiet jagħtu kont ta’ għemilhom u b’hekk tinfirex aktar id-demokrazija, l-Ombudsman Ewropew qed iressaq proposta biex l-abbozz tal-Kostituzzjoni għall-Ewropa jagħraf id-dritt taċ-ċittadini li jħarsu d-drittijiet tagħhom taħt il-liġijiet ta’ l-Unjoni Ewropea permezz ta’ rimedji mhux ġudizjarji. Dan għandu jagħti aktar saħħa liċ-ċittadin biex ifittex rimedji li jistgħu jingħataw mill-istituzzjoni ta’ l-Ombudsman. |
| Matul iż-żjara tiegħu f’Malta l-Ombudsman | Ewropew se jagħmel żjarat lill-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, il-Prim Ministru, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni u l-Ombudsman. Il-Professur Diamandouros se jiltaqa’ mal-Kumitat ta’ l-Affarijiet Barranin tal-Kamra tar-Rappreżentanti kif ukoll ma’ l-istaff li jaħdem fl-Uffiċċju ta’ l-Ombudsman f’Malta. |
| Waqt li jkun f’pajjiżna, il-Profesur Diamandouros | se jagħti lecture dwar is-sehem ta’ l-Ombudsman Ewropew fil-bini ta’ Ewropa fejn iċ-ċittadin jingħata importanza sħiħa. Hu se jieħu sehem ukoll f’sessjoni straordinarja tal-Mini European Assembly fejn se jagħti diskors dwar id-demokrazija, il-kontabilità li permezz tagħha kulħadd jagħti kont ta’ għemilu u l-istituzzjoni ta’ l-Ombudsman. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en