EDUKAZZJONI U TURIŻMU
pr1496
05/12/2003
| Il-Ministeru | ta’ l-Edukazzjoni u l-Malta Tourism Authority (MTA) dan l-aħħar organizzaw l-ewwel f’sensiela ta’ laqgħat biex iż-żewġ organizzazzjonijiet jifhmu lil xulxin u jikkoperaw aktar bejniethom biex jedukaw lill-istudenti u jippromwovu prattiċi tajbin fil-qasam tat-turiżmu. Għal din il-laqgħa kien hemm diversi rappreżentanti tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u tal-Policy Unit tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni kif ukoll tal-MTA. |
| Is-Sur | Frank Salt li kien qed jippresjedi din il-laqgħa, tkellem dwar il-bżonn li f’kull qasam ta’ l-edukazzjoni jkun hemm emfasi fuq it-turiżmu bħala l-mutur ewlieni ta’ l-ekonomija ta’ pajjiżna. Hu qal li mhux biss dawk li jaħdmu direttament f’dan il-qasam għandhom ikollhom it-taħriġ meħtieġ iżda hemm bżonn li kull student jitgħallem kemm dan il-qasam hu importanti għal pajjiżna u għalhekk kemm hu importanti li nagħmlu minn kollox biex is-settur jimxi ’l quddiem. Hu qal li rridu nkunu realistiċi ma’ l-istudenti u norganizzaw aktar żjarat kemm f’postijiet ta’ interess iżda wkoll f’postijiet mitluqa, koroħ u li qiegħdin fi stat xejn sabiħ biex l-istudenti jindunaw kemm dawn il-postijiet jistgħu igerrxu t-turisti. |
| Il-Ministru | qal li kull sistema edukattiv irid ikolla ‘Educational Slant’ partikolari u dik ta’ pajjiżna trid tkun waħda li tħares ’il quddiem. It-turiżmu hu żgur wieħed mill-oqsma ewlenin li l-edukazzjoni f’pajjiżna trid titratta. |
| Il-laqgha | ġiet fit-tmiem billi ż-żewġ partijiet, jiġifieri l-MTA u d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni qablu li jiġu appuntati erba’ persuni, tnejn minn kull naħa biex jiffurmaw kumitat li jibda jiltaqa’ b’mod regolari u jitfassal pjan ta’ azzjoni. Dan għandu jwassal biex jibda process biex isir it-tibdil u l-iżvilupp meħtieġ fis-sistema edukattiv u jittieħdu diversi inizjattivi biex permezz ta’ l-edukazzjoni t-turiżmu f’pajjiżna jagħmel progress xieraq. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en