Left arrow Go Back

IMFAKKRA S-SENA EWROPEA GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITA’

pr1485
Date Icon 03/12/2003
Fl-okkażjoni tas-Sena Ewropea għall-Persuni b’Diżabilita`,il-Kumitat tat-Tmexxija tal-Kumpless Aċċess tella’ programm kommemorattiv li kien jikkonsisti minn sessjonijiet ta’ informazzjoni u esperjenzi, tħawwil tas-siġra u kxif ta’ Mafkar Kommemorattiv mill-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Politika Soċjali Lawrence Gonzi.
Il-Kumpless Aċċess, huwa proġett tal-Ministerugħall-Politika Soċjali li iħaddan fih numru ta’ ċentri ta’ servizzi soċjali fosthom Uffiċċju Distrettwali tas-Sigurta’ Soċjali, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ, il-Cottonera Community Service u Smartkids ta’ l-Aġenzija Appoġġ, id-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita` li jmexxi ċ-Ċentri ta’ Taħriġ għall-Adulti u l-Awtorita` tad-Djar.
Il-ġurnata fetħet b’diskorsi qosra mis-Sur JoeGerada, chairman tal-Bord tad-Diretturi ta’ l-Aċċess u l-Kap Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija Appoġġ u mis-Sur Vincent Tonna, assistent direttur fid-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita`.
Is-Sur Charles Cassar, Senior Manager ta` l-ETC,spjega fid-dettal l-iskemi u s-servizzi li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ toffri lill-persuni b’diżabilita` li jridu jaħdmu. Dawk preżenti semgħu jitkellmu lis-Sinjorina Kirsten Ellul u s-Sur Epifanju Vella, żewġ persuni b’diżabilita`, li kellhom esperjenza pożittiva tax-xogħol. Min-naħa l-oħra żewġ sidien: is-Sur Mario Sammut mill-kumpanija ST u s-Sur Noel Borg minn Playmobil spjegaw fid-dettal l-esperejenza ta’ persuni b’diżabilita` li impjegaw huma.
Wara diskussjoni qasira mmexxija mis-Sur Tonna l-programmkommemorattiv ġie fi tmiem bi tħawwil tas-siġra u kxif ta’ mafkar tas-Sena Ewopea tal-Persuni Diżabilita` mill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, l-Onor. Lawrence Gonzi li f’diskors ta’ l-okkażjoni semma kif l-impenn tal-Gvern fil-qasam tal-persuni b’diżabilita’ isaħħaħ permezz tal-politika tal-aċċessibilita’ u l-mainstreaming. Huwa semma kif matul dan l-aħħar tlett snin ġiet mnedija Agenżija speċjalizzata sabiex tipprovdi servizzi residenzjali lil persuni b’diżabilita’ kif wkoll servizzi ta’ assistenza fil-komunita’. Il-Ministru semma li madankollu xorta waħda għad jonqos ħafna xi jsir sabiex il-persuni b’diżabilita’ jgħixu mingħajr xkiel f’soċjeta’ inklussiva u għaldaqstant “hemm bżonn li nkomplu naħdmu flimkien – il-partijiet soċjali kollha u l-gvern – sabiex flimkien naslu.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow