Left arrow Go Back

Il-Ministru ghar-rizorsi u l-infrastruttura jattendi konferenza tal-Euromed dwar is-settur tal-energija

pr1473
Date Icon 02/12/2003
Malta tippartecipa bis-shihfil-politika ta’ l-UE u l-pajjizi Mediterranji rigward investimenti fl-infrastruttura, promozzjoni u s-sigurtà fil-provvista tal-fuel li jintuza kemm ghall-generazzjoni ta’ l-elettriku, kif ukoll ghal skopijiet ohra.  Dan qalu l-Onor. Ninu Zammit, Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura waqt konferenza tal-Ministri ta’ l-UE u dawk tal-pajjizi Mediterranji li saret f’Ruma bejn l-1 u 2 ta’ Dicembru 2003.
Il-MinistruZammit enfasizza l-fatt li Malta tiddependi totalment fuq importazzjoni taz-zjut raffinati biex taqdi l-htigiet fil-qasam ta’ l-energija.  Ghaldaqstant kull ftehim bejn il-pajjizi Mediterranji u l-UE jghin lil Malta biex jassigura ahjar l-importazzjoni stabbli tal-fuels.  L-ghaqda bejn il-pajjizi li jdawwru l-Mediterran, inkluz dawk ta’ l-Afrika ta’ Fuq u dawk ta’ l-UE, ghandha twassal ghal politika b’sahhitha fil-qasam ta’ l-energija, politika bbazata fuq principji ta’ sigurtà, kompetittività, trasparenza u harsien ambjentali.
Il-Ministrurrefera ghal fatt li Malta tinsab f’nofs il-Meditterran u ftehim ta’ din ix-xorta se jtiha vantaggi kbar f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ sigurtà fit-trasport bil-bahar ta’ fuels, fejn fil-Mediterran biss, jigi trasportat mal-20% tal-produzzjoni taz-zejt tad-dinja.  Hu qal li peress li nofs l-ilma tax-xorb f’Malta jigi minn ilma pprocessat f’reverse osmosis plants, Malta ghandha interess partikolari li thares l-ambjent marittimu u ghaldaqstant lesta li tippartecipa bis-shih fl-implimentazzjoni ta’ mizuri li jharsu dan il-qasam tat-trasport tal-fuels.
NinuZammit irrefera wkoll ghall-obbligi li Malta dahlet ghalihom fir-rigward tal-produzzjoni ta’ l-energija minn sorsi alternattivi.  Hu fakkar li sa’ l-2010 Malta se jkollha parti mill-generazzjoni ta’ l-elettriku taghha ggenerata minn sorsi ta’ energija alternattiva.  Fil-prezent Malta qed thejji diversi studji, uhud minnhom permezz ta’ finanzjament kongunt ma’ l-EU, sabiex jigu evalwati l-ahjar sorsi li jistghu jiggeneraw l-elettriku minn sorsi alternattivi, bhalma huma l-energija mir-rih u/jew mix-xemx.
Il-Ministrutar-Rizorsi u l-Infrastruttura temm id-diskors tieghu billi qal li issa li Malta se ssir membru ta’ l-EU f’Mejju li gej, mhux biss ser tkompli tippartecipa f’konferenzi Euro-Mediterranji, izda se tkun tista’ tiehu sehem aktar attiv fid-decizjonijiet u fl-implimentazzjoni tal-politika fis-settur ta’ l-energija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow