IL-GAZZETTA TAL-GVERN TA`MALTA
Ir-rati ta` abbonament fil-Gazzetta tal-Gvern ġew riveduti biex ikunu jirreflettu aktar l-ispejjeż attwali tal-produzzjoni u tal-pustaġġ, li żdiedu konsiderevolment minn meta ġew riveduti l-aħħar fl-1997. Dettalji tar-rati l-ġodda li huma effettivi mill-1 ta` Jannar 2004, jinsabu fit-tabella annessa.
Il-pubbliku huwa mgħarraf ukoll li verżjoni elettronika ta` kull edizzjoni li toħroġ tal-Gazzetta tal-Gvern, li ilha tiġi ppublikata bi prova fuq l-internet minn Ġunju li għadda, issa ser tibda tiġi mxandra b’mod regolari fuq il-website tad-Dipartiment ta` l-Informazzjoni www.doi.gov.mt fl-istess ġurnata u ħin li tiġi ppublikata l-verżjoni stampata. Din il-verżjoni elettronika (pdf format), ser tkun tinkludi l-kontenut kollu tal-Gazzetta. Is-supplimenti tal-Gazzetta, jiġifieri Atti tal-Parlament, Abbozzi ta` Liġijiet u Avviżi Legali ser jiġu mxandra separatament fuq l-istess website.
Sadattant, avviżi meħuda mill-Gazzetta tal-Gvern dwar sejħiet għal Impiegi fis-settur pubbliku, sejħiet ghal Tenders tal-Gvern u sejħiet għall-għoti ta` Boroż ta` Studju ser jibqgħu jiġu mxandra b’mod regolari fuq il-website msemmija. Barra minnhekk, e-mail users jistgħu jirċievu dawn l-avviżi fl-istess jum tal-pubblikazzjoni tal-Gazzetta tal-Gvern, permezz ta` servizz elettroniku provdut mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni. Kull min jixtieq japplika għal dan is-servizz, jista` jibgħat it-talba tiegħu permezz ta` l-e-mail fl-indirizz doimail@gov.mt u jibda jirċievi l-avviżi msemmija direttament fl-e-mail account tiegħu.
Is-servizzi elettroniċi msemmija huma kollha bla ħlas.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en