L-UŻU TAĊ-ĊINTORIN TAS-SIGURTA' FUQ IS-SEDILI TA' WARA
pr1454
28/11/2003
| Il | Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, l-Onor. Censu Galea llum ta dettalji lill-membri ta' l-istampa dwar l-introduzzjoni ta’ l-użu taċ-ċintorin tas-sigurta’ fuq is-sedili ta’ wara tal-vettura. |
| Il-liġi | ser tiġi ntroddota u ser tkun maqsuma f’żewġ partijiet. |
| Fl-1 | ta’ Jannar tas-sena d-dieħla jidħol l-obbligu legali ta’ rbit ta’ tfal li jkunu rekbin fuq is-sedili ta’ wara tal-vetturi. Imbagħad fl-1 ta’ Gunju, jidħol l-obbligu legali li kull adult li jkun riekeb fuq wara tal-vetturi, jintrabat. |
| Ta’ | min isemmi illi, bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena kellna xejn inqas minn 358 persuna li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fuq it-toroq tagħna. 4 minn dawn il-persuni tilfu ħajjithom (1 kien qiegħed isuq mutur, 3 kienu passiġieri f’vettura), 74 minnhom weggħu gravi jew kienu fil-periklu li jitilfu ħajjithom, u 280 weġgħu ħafif. |
| Ħarsa | mill-qrib lejn dawn l-istatistiċi turi li f’numru kbir minn dawn l-inċidenti, l-persuni involuti kienu riekba fuq is-sedili ta’ wara. Turi wkoll illi kien hemm numru ta’ inċidenti illi fihom weġġħu gravi jew tilfu ħajjithom ix-xufier jew il-passiġġier ta’ quddiem minħabba li kienu ntlaqtu minn passiġġieri li kienu rekbin fuq is-sedili ta’ wara u li ma kienux libsin iċ-ċinturin ta’ sigurta’ ta’ wara. |
| Il | Ministru qal li huwa allarmanti ħafna l-fatt illi ħamsa u għoxrin fil-mija minn dawk il-passiġieri li weġgħu waqt li kienu rekbin fuq is-sedil ta’ wara kienu tfal taħt it-12-il sena. |
| Huwa | għalhekk illi inħass il-bzonn li jkun obbligatorju l-użu ta’ l-irbit sew tat-tfal kif ukoll ta’ l-adulti bil-għan illi jitnaqqsu, kemm jista’ jkun, il-korrimenti f’ inċidenti fuq it-toroq. Il-Ministru qal illi huwa sodisfaċenti illi n-numru ta’ xufiera u passiġġieri rekbin fuq quddiem li jilbsu ċ-ċinturin tas-sigurta’ huwa għoli ħafna. “Huwa propju minħabba l-użu taċ-ċinturin tas-sigurta’ illi rnexxilna nżommu n-numru ta’ persuni li jweggħu f’inċidenti tat-traffiku milli jiżdied iżjed u tnaqqset ukoll l-gravita’ ta’ xi korrimenti li jista’ jkun hemm” qal il-Ministru Censu Galea. |
| Meta | ġiet introdotta l-liġi ta’ l-użu taċ-ċintorin tas-sigurta’ għall–persuni li jkunu bil-qiegħda quddiem, niftakar sewwa li għall-ewwel, bħal kull introduzzjoni ġdida, kien hawn ħafna tgergir. Illum, saret azzjoni awtomotika illi kif persuna tidħol fil-vettura sew jekk ser issuq il-karrozza kif ukoll jekk ser tkun passiġġiera quddiem, tilbes iċ-ċinturin. Fl-aħħar mill-aħħar irridu nżommu f’moħħna li ċ-ċinturin tas-sigurta’ ma rridux nilbsuħ biss għax huwa obbligatorju, jew għax jekk ninqabdu mingħajru naqilgħu ċitazzjoni, irridu pero’ nagħrfu li ċ-ċinturin tas-sigurta' jista’ jkun mezz li jsalvalna ħajjitna f’każ ta’ inċident. |
| Bħala | parti mill-kampanja edukattiva dwar l-użu taċ-ċinturin tas-sigurta, l-Awtorita’ dwar it-Trasport ħejjiet żewg spots edukattivi li ser jibdew jintwerew fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni. L-Awtorita’ ppreparat ukoll fuljett u posters dwar it-tipi ta’ sedili għat-tfal li huma rrakkomandati għall-użu għal trabi u tfal ta’ bejn l u 11-il sena. Dawn it-tipi ta’ sedili huma rakkomandati għax jgħinu biex iħarsu aħjar il-ħajja tat-tfal. Dawn il-fuljetti u posters ser jitqassmu fi ħwienet, kunsilli lokali, u skejjel fost l-oħrajn. |
| Il-Ministru | ħeġġeġ il-passiegieri kollha biex mil-lum stess, kbar u żgħar, jibdew jilbsu ċ-ċinturin tas-sigurta' meta jkunu qegħdin fuq is-sedili ta’ wara. “M’hemmx għalfejn nistennew li tidħol fis-seħħ liġi. Kull wieħed u waħda minna għandu jifhem u japprezza li l-użu -taċ-ċinturin tas-sigurta’ ser iħares is-saħħa u l-ħajja mhux biss tax-xufier imma ta’ kull passiġġier li jkun qiegħed jivvjaġġa fil-vettura" qal il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en