IR-RIFORMI FL-EDUKAZZJONI JRIDU JINVOLVU LILL-ISTUDENTI
pr1449
27/11/2003
| Il-Kunsill | Studenti ta’ l-Università (KSU) se jorganizza sensiela ta’ laqgħat dwar ir-riforma fil-Liġi dwar L-Edukazzjoni u r-riforma fis-sistema ta’ Assikurazzjoni ta’ Kwalità. Għal kull tema se jkun hemm għaxar laqgħat fejn l-istudenti huma kollha mistiedna jipparteċipaw b’mod sħiħ u jagħtu l-fehmiet u l-kontribut taghom dwar it-tibdil li jħossu li hemm bżonn. Hu mistenni li dwar dawn it-temi jinħolqu żewġ rapporti li jitqassmu b’mod wiesgħa biex il-ħsibijiet ta’ l-istudenti dwar dawn l-oqsma jkunu magħrufa mill-pubbliku u mill-awtoritajiet. |
| Waqt | it-tnedija ta’ dan il-proċess ta’ konsultazzjoni, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea tkellem dwar is-sehem importanti li għandu l-Kunsill fit-tifsil tal-politika nazzjonali partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-oqsma ta’ l-edukazzjoni. Hu tkellem ukoll dwar il-missjoni tal-KSU li jżid il-parteċipazzjoni ta’ l-istudenti ta’ l-Università fl-attivitajiet ta’ l-għaqdiet tagħhom, u li permezz ta’ konsultazzjoni wiesgħa jkun vuċi rappreżentattiva u valida ta’ l-istudenti universitarji. |
| Il-Ministru | qal li l-istudenti għandhom ikunu parti ewlenija tal-proċess ta’ diskussjoni biex titwettaq ir-riforma tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni. Il-Ministru qal li diġà beda proċess ta’ diskussjoni li għandu jinvolvi lill-imsieħba soċjali kollha fosthom l-għalliema, il-ġenituri, l-istudenti, il-unions, u l-industrija. Hu qal li fil-qasam ta’ l-edukazzjoni terzjarja d-diskussjoni ser tibda mill-għeruq, mill-istudenti stess li għandhom ħafna x’joffru. Il-Ministru qal li fost affarijiet oħra l-liġi l-ġdida trid tirrifletti r-realtajiet u bżonnijiet ġodda li qed jiffaċċja pajjiżna illum. Waħda mill-isfidi li awtoritajiet u edukaturi se jiffaċċjaw hi li jridu jagħtu kont tal-kwalità tat-tagħlim li jsir f’kull saff ta’ l-edukazzjoni, mill-kindergarten sa l-Università. Din mhix sfida li nistgħu ngħażlu nidħlux jew le għaliha. Hija opportunità li tagħmel ġid kbir għall-edukazzjoni u tkattar is-sodisfazzjon ta’ dawk li juru l-ħila tagħhom f’dan il-qasam. |
| Il-Ministru | Louis Galea temm jemfasizza li l-futur ta’ pajjiżna jiddependi minn kemm jirnexxielna li nipproduċu ħaddiema ta’ kull tip ta’ l-ogħla kwalità għax dan hu l-aqwa inċentiv biex nattiraw l-investiment li jkattar il-prosperità u l-impjiegi. |
| Il-KSU | preżentaw il-Ministru b’kopja ta’ “International Students Working in Malta: A Possibility”, rapport li sar dan l-aħħar mill-KSU permezz tal-Kummissjonijiet tal-Politika Soċjali u Internazzjonali. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en