Erba’ Ambulanzi ġodda għall-isptar San Luqa
pr1429
21/11/2003
| Mil-lum, l-isptar San Luqa għandu erba’ ambulanzi | ġodda biex jaqdu l-ħtiġijiet ta’ dawk li jiġu bżonn l-isptar. Issa l-isptar San Luqa għandu b’kollox 20 ambulanza. Dan hu investiment konsiderevoli, immirat biex ikompli jgholli l-livell tas-servizzi tas-saħħa. Ghalhekk, id-Dipartiment ta’ l-Emerġenza se jkun f’pożizzjoni aħjar biex jaqdi l-ħtiġijiet ta’ dawk li jkollhom bżonn servizz ta’ ambulanza. |
| Is-servizz ta’ l-ambulanzi huwa vitali | għall-isptar San Luqa, li bosta drabi jfisser ħajja jew mewt, l-aktar f’każi ta’ emerġenza. Id-Dipartiment ta’ l-Emerġenza jkollu medja ta’ 20 talba kuljum għas-servizz ta’ l-ambulanzi. F’dawn il-każi, hija vitali mmens it-tempestività u l-kwalità tas-servizz. L-erba’ ambulanzi ġodda se jgħinu biex tikber l-effiċjenza ta’ dan is-servizz. |
| Huwa ppjanat li fil-futur ikollna ambulanzi | għall-każi biss ta’ emergenza, bi staff imħarreġ apposta. Dawn l-ambulanzi jistgħu jiġu ‘upgraded’ biex jintużaw għal dan il-għan. Dan ikun jinħtieġ li jkollok tobba u paramediċi li xogħlhom ikun biss konness ma’ sevizzi ta’ emerġenza, li jagħtu dawn l-ambulanzi. Kull ambulanza ġiet tiswa Lm25,000. |
| Tlieta minn dawn l-ambulanzi ħallas għalihom | il-gvern, filwaqt li r-raba’ waħda hija għotja mill-Maria Bugeja Cancer Support Foundation. Din il-għotja hija parti minn għotja ta’ Lm155,000 li l-Fondazzjoni qegħda tgħaddi lill-gvern, wara li ġie ffirmat ftehim bejn il-Fondazzjoni u d-Direttur Ġenerali tas-Saħħa dwar kif għandhom jintefqu dawn il-flus. |
| Barra l-ambulanza, żewġ proġetti oħra li se | jitwettqu permezz ta’din l-għotja huma x-xiri ta’ inkubatur ġdid għat-trasport ta’ trabi minn Malta għall-pajjiżi oħra, u x-xiri ta’ l-apparat meħtieġ fil-‘blood cross match laboratory’ għall-isptar Mater Dei. |
| Il-Ministru qal li minkejja l-investiment qawwi | fil-bini ta’ l-isptar il-ġdid, il-gvern baqa’ jinvesti fis-servizzi li jingħataw mill-isptar San Luqa. Barra l-infieq f’dawn l-ambulanzi, f’dawn il-ġranet qegħdin ukoll ninvestu Lm240,000 f’teknoloġija mill-aktar moderna għall-MRI, li x-xogħol fuqu hu mistenni li jitlesta għall-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla. |
| Il-Ministru faħħar l-istaff tad-Dipartiemnt ta’ | l-Emerġenza li minkejja d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom, jagħmlu xogħlhom b’tant dedikazzjoni. Dr. Louis Deguara appella lill-pubbliku sabiex jagħmel użu tajjeb mis-servizz ta’ l-ambulanzi. Dawn għandhom jintużaw meta veru jkun hemm bżonnhom. Dan is-servizz m’għandux iservi minflok it-trasport pubbliku jew dak privat. Meta jigri dan, inkunu qegħdin inċaħdu s-servizz lil min verament jista’ jkollu bżonnu. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en