Left arrow Go Back

Imprendituri - "Hemm bżonn li nsaħħu dan ir-riżors naturali”

pr1417
Date Icon 20/11/2003
“L-Intraprendituri mhux biss joħolqu aktar xogħol u prodotti ġoddaiżda l-intrapriżi tagħhom għandhom effett importanti fuq il-kompetitivita’ internazzjonali ta’ pajjiżna. Għalhekk hemm bżonn li nsaħħu dan ir-riżors naturali li għandna permezz ta’ l-edukazzjoni u diversi opportunitajiet.” Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea waqt li kien qed jitnieda programm ġdid għall-istudenti ta’ l-Istitut tan-Negozju u Kummerċ fl-MCAST. Il-Programm “Niltaqgħu ma’ l-Impenditur" hu maħsub biex joffri opportunta’ lill-istudenti ta’ dan l-istitut biex jiltaqgħu u jiddiskutu ma’ numru ta’ Imprendituri Maltin li għamlu suċċess. Flimkien ma’ dawn il-laqgħat l-istudenti qed jipparteċipaw fil-kompetizzjoni tal-Young Enterprise li ssir kull sena u li hi popolari hafna ma l-istudenti tal-livell Post-Sekondarju.
Il-Ministru Galea qal li “mexjin lejn żminijietġodda partikolarment hekk kif is-sena d-dieħla nsiru parti mill-Unjoni Ewropea u b’hekk mis-Suq enormi li toffri. Għandna quddiemna żminijiet mimlija opportunitajiet.” Hu qal li filwaqt li kulħadd qed jitkellem dwar l-isfidi finanzjarji u l-bżonn li nkunu kompetitivi, ma rridux ninsew li l-mutur ewlieni fl-ekonomija ta’ pajjiżna huma l-imprendituri, partikolarment dawk żgħar u ta’ daqs medju.
“Parti sostanzjali tal-prosperita’ ta’pajjiżna hi dovuta għall-impenn u r-riskju li ħadu imprendituri Maltin tul iż-żminijiet. Hemm eżempji tajba fis-settur tal-lukandi u tat-turiżmu, fis-settur tax-xorb, fil-manifattura u saħansitra f’dak tas-servizzi. Fattur ewlieni fis-suċċess ta’ dawn il-kumpaniji hi l-innovazzjoni li minnha llum jiddependi l-ħolqien tax-xogħol. L-imprendituri tal-lum huma dawk li jiżviluppaw ideat innovattivi u jużawhom biex iżidu x-xogħol u l-ġid.
Riċerka riċenti tindika li hemm relazzjoni qawwijabejn il-kapaċita imprenditorjali ta’ pajjiż u l-ġid li jinħoloq f’dak il-pajjiż. Studji tal-London Business School skoprew li terż tad-differenzi bejn ir-rati ta’ tkabbir nazzjonali huwa dovut għall-livelli differenti ta’ l-attivita’ imprenditorjali. Il-Ministru qal li dan ifisser li l-kompetittivita’ futura ta’ pajjiżna se tiddependi parzjalment fuq kemm aħna kapaċi inħarrġu, niġbdu lejn pajjiżna u nżommu f’pajjiżna imħuħ imprenditorjali u impjegati li huma kapaċi jaħdmu għall-intrapriżi.
Louis Galea qal li ħafna jistaqsu jekk wieħedjistax jew le jiġi mgħallem biex ikun imprenditur, kreattiv jew innovatur li fl-opinjoni tiegħu jikkumplimentaw lil xulxin. Il-Ministru qal li l-Imprenditorija, bħall-kreattivita’ u l-innovazzjoni mhux biss huma possibli li jiġu mgħallma iżda effettivi ħafna. Diversi studji juru li nies li jkunu imħarrġa sew f’dan il-qasam (f’kull livell) għandhom aktar ċans li jiftħu għal rashom u jiksbu suċċess minn dak li ma jkunux imħarrġa. Fl-oqsma tal-Kreattivita’ u ta’ l-innovazzjoni, nafu wkoll bl-utilita’ tal-ħsieb kreattiv fl-innovazzjoni u l-benefiċċi ekonomiċi u oħrajn li nistgħu niksbu jekk napplikawhom sew.
Il-Ministru Galea qal li l-istudenti għandhomjirrealizzaw li kull idea u kull kumpanija kbira bdiet miċ-ċokon u kibret fuq tul ta’ żmien, u hemm min jikber aktar malajr minn ħaddieħor. Anke f’ekonomija kbira bħall-Amerika, l-parti l-kbira ta’ l-imprendituri jibdew żgħar, fil-fatt mat-tlett miljun imprenditur joħolqu kumpaniji żgħar kull sena.
“Irridu nifhmu il-kontribut importanti liimprendituri jagħmlu fl-iżvilupp ta’ l-ekonomija lokali, irridu nsostnuha, u ngħinuha tikber. Il-prodotti u s-servizzi nnovattivi li joħolqu l-imprendituri jtejbu l-kwalita’ ta’ ħajjitna. Dawn il-kumpaniji joħolqu l-impjiegi u l-ġid fil-pajjiż u jagħmluna aktar kompettitivi internazzjonalment. L-Imprenditorija u l-Iżvilupp ekonomiku huma sinonimi u għandhom jitqiesu bħala priorita’ importanti.” qal il-Ministru Louis Galea, li tenna li “hemm bżonn inkomplu nagħmlu aktar biex inħeġġu u nagħtu appoġġ lill-imprendituri ġodda li lesti jidħlu għall-isfida. B’hekk inkunu qed niżguraw li l-globalizzazjoni tkun għalina għodda pożittiva minflok xi ħaġa li rridu nibżgħu minnha.”
Louis Galea qal li għalkemm hawn hafna li jsostnu lil-Gvern għandu jkollu rwol minimu fl-impreditorija, il-Gvern jista jagħmel ħafna biex jippromwovi u joħloq l-aħjar ambjent biex l-ispirtu ta’ l-intrapriża jikber u jitkattar. Il-Gvern għaraf l-importanza ta’ l-innovazzjoni, il-kreattivita’, ix-xjenza u teknoloġija u t-taħriġ vokazzjonali u investa b’mod qawwi fl-edukazzjoni biex jipprovdi t-taħriġ u esperti meħtieġa f’dawn is-setturi.
Meta n-nies jibdew jaraw li l-ħolqien ta’intrapriżi ġodda hi xi ħaġa normali, ta’ kuljum, aktar ikunu lesti li jiftħu l-intrapriża tagħhom. Barra minn hekk, komunitajiet li jħaddnu l-imprenditorija jiġbdu lejnhom intrapriżi, konsulenti u imprendituri oħrajn li xogħolhom hu li jipprovdu servizzi lil dawk li jridu joħolqu l-intrapriżi l-ġodda tagħhom. Minbarra l-inizjattivi li ttieħdu mill-Malta Enterprise biex jgħinu lil dawk li jridu jibdew l-intrapriża tagħhom, opportunita’ eċċellenti qe tiġi offruta lill-istudenti sekondarji u post-sekondarji li jsegwu l-programm tal-Young Enterprise u Scoops. Din l-esperjenza tgħin biex l-istudenti jirrealizzaw kemm hu fil-fatt faċli li tibda intrapriża ġdida u kemm fil-fatt wieħed jista’ jikseb bl-ideat innovattivi tiegħu.
Il-Ministru awgura li l-istudenti ta’ l-Istututtan-Negozju u l-Intrapriża jużaw din l-opportunita’ bl-aktar mod tajjeb u effettiv billi jipparteċipaw b’mod attiv. Hu qal li ħafna minn dawk li illum qed jaħdmu iqisu li esperjenzi prattiċi bħal dawn għenuhom ħafna fix-xogħol u l-ħajja tagħhom u uħud sabuhom essenzjali. Il-Ministru temm jgħid li mhux kulħadd għandu l-opportunita’ jiltaqa wiċċ imb’wiċċ ma’ l-aqwa imprendituri ta’ pajjiżna u b’hekk din hi opportunita’ li ħadd m’għandu jitlef.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow