Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jifraħ lil Maltacom għax-xiri ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku
pr1401
18/11/2003
| Il-Ministru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino feraħ lill-kumpanija Maltacom plc., li fil-jiem li għaddew, xtrat vetturi li jaħdmu bl-elettriku għall-użu tal-ħaddiema tagħha. |
| F’ittra | li bagħat lis-Sur Joseph F. X. Zahra, Chairman tal-grupp Maltacom, il-Ministru George Pullicino qal li dan huwa eżempju ċar ta’ azzjoni konkreta favur l-ambjent minn organizzazzjoni kummerċjali. George Pullicino qal li l-awgurju tiegħu hu li aktar kumpaniji jieħdu l-eżempju mill-Maltacom u huma wkoll jikkontribwixxu b’mod dirett favur l-ambjent ta’ madwarna. |
| Fl-ittra | tieghu, il-Ministru Pullicino qal li bħalma tħabbar fid-diskors tal-Budget tas-sena l-oħra, fil-ġimgħat li għaddew kien qed isir il-proċess biex fi ftit żmien ieħor, kull Ministeru jkollu vettura tal-elettriku li tieħu post waħda mill-vetturi li jintużaw bħalissa. Dan jikkonferma l-impenn tal-Gvern li jkompli jagħti l-eżempju fit-tħaris ta’ l-ambjent. |
| Fl-ittra | tiegħu, George Pullicino qal li din is-sena, l-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ħaseb li minflok jibgħat kartolini tal-Milied, jagħti donazzjoni lill-fond għat-tħawwil ta’ siġar fi ħdan il-Fond għall-Ambjent. Hu wera t-tama li jkun hawn entitajiet oħra li jitħajjru minn dawn l-eżempji u dan iwassal biex ngħaddu ambjent aħjar lill-ġenerazzjonijiet futuri tagħna. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en