LIĠI ĠDIDA DWAR l-ILSIEN MALTI - KUNSILL NAZZJONALI TA’ L-ILSIEN MALTI
pr1398
18/11/2003
| Fil-Gazzetta | tal-Gvern tal-lum ġiet publikata liġi ġdida maħsuba biex issaħħaħ l-ilsien nazzjonali. “Il-liġi li twaqqaf il-Kunsill ta’ l-Ilsien Malti biex jippromwovi l-ilsien nazzjonali qed tagħraf bl-aktar mod xieraq l-isforzi kollha li saru mill-pijunieri u s-sostenituri lingwistiċi biex Malta jkollha l-identita’ partikolari tagħha.” Dan fissru l-Onor. Louis Galea, Ministru ta’ l-Edukazzjoni, fid-dawl ta’ l-Abbozz ta’ liġi li jipprovdi l-għodda meħtieġa għat-tisħiħ u l-iżvilupp tal-lingwa nazzjonali. |
| Il-Liġi | dwar l-Ilsien Nazzjonali tikseb tifsira partikolari anki minħabba li l-ilsien Malti, l-uniku ilsien Semitiku li jinkiteb bl-alfabett Latin, issa huwa rikonoxxut bħala wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. “Permezz ta’ din il-liġi ġdida, l-ilsien Malti qed ikompli jkun konsolidat bħala parti essenzjali mill-wirt nazzjonali, kif ukoll bħala l-għodda l-aktar demokratika biex il-poplu jesprimi lilu nnifsu,” sostna l-Ministru Galea. |
| “Din | il-Liġi qed tkompli tagħraf u sseddaq kemm is-sisien xjentifici tal-Malti kif ukoll l-avvanzi kbar li seħħew fil-kamp tal-letteratura lokali”, fisser il-Ministru Galea. “M’hemmx mod aħjar għal kif nilqgħu għall-pressjonijiet multi-kulturali u pluralistiċi ta’ żmienna milli nagħmlu enfasi fuq l-awtentiċita’ kulturali u Ewro-Mediterranja ta’ Malta, anki fid-dawl tal-valuri li qed tagħti l-Ewropa nfisha lid-diversita’”, fisser il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni. |
| Il-Liġi, | filwaqt li tagħraf li l-Malti hu element ewlieni ta’ l-identita’ nazzjonali Maltija, li jiġġedded kuljum fuq fomm il-Maltin, jipprovdi biex ikunu promossi politika u strateġija lingwistika xierqa għal żmienna. Il-Liġi preżenti hija r-riżultat ta’ żmien twil ta’ riċerka u konsultazzjoni u sar minn kollox biex jinkiseb l-aktar kunsens wiesgħa possibbli fost il-poplu. |
| Permezz | ta’ din il-Liġi, l-Istat, flimkien ma’ esperti u entitajiet lingwistiċi bħall-Akkademja tal-Malti u l-Universita’, qed jipprovdi biex il-lingwa Maltija tingħata dejjem aktar il-prijorita’ kollha li jistħoqqilha, ibda mill-iskejjel u spiċċa fil-manifestazzjonijiet letterarji u kulturali konnessi mal-lingwa nativa. |
| Għaldaqstant | ser jitwaqqaf il-Kunsill Nazzjonali ta’ l-Ilsien Malti, bil-funzjoni li jwettaq pjan ta’ ħidma biex l-ilsien nazzjonali ikompli javvanza u jissaħħaħ fl-edukazzjoni, fix-xandir u fl-istampa, fil-qrati u fil-ħajja politika, amministrattiva, ekonomika, soċjali u kulturali tal-pajjiż. |
| Dan | il-Kunsill se jkun iffurmat minn ħdax-il persuna, taħt il-tmexxija ta’ President maħtur mill-Prim Ministru u magħżul minn fost persuni stabbiliti u kwalifikati fl-istudju tal-Malti. Il-Kunsill ser ikollu rappreżentanti minn diversi oqsma fosthom mill-Universita’, l-Akkademja tal-Malti, id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, il-Kunsill Malti tal-Kultura u l-Arti, l-Avukat Ġenerali, l-Għaqda tal-Malti u The Malta Press Club. Il-Kunsill se jkun mgħejjun minn esperti lingwistiċi li se jaħdmu f’kummissjoni teknika u f’numru ta’ kumitati speċjalizzati. |
| Il-Liġi | tagħti rikonoxximent uffiċjali lill-ortografija ta’ l-Akkademia tal-Malti li twaqqfet fl-14 ta’ Novembru 1920, aktar minn 80 sena ilu. Fil-bidu tagħha, il-Liġi tfisser il-prinċipji bażiċi li l-iStat Malti għandu jsegwi għall-ħarsien ta’ l-Ilsien Malti. |
| Il-Kunsill | ser ikollu Direttur Eżekuttiv u persunal ieħor biex ikun jista jwettaq il-funzjonijiet tiegħu. Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-kwistjonijiet ta’ natura tekniko-xjentifika jidħlu fis-seħħ bis-saħħa ta’ avviż publikat mill-Kunsill fil-Gazzetta tal-Gvern. |
| “Il-liġi | l-gdida qed tkun ippreżentata bħala għodda li tgħin l-iżvilupp u l-maturazzjoni tal-lingwa nazzjonali fil-kuntest ta’ realtajiet kontemporanji,” qal il-Ministru Louis Galea. “Hija l-għodda li għandna bżonn biex nilqgħu għall-isfidi ta’ l-interdipendenza f’kuntest li qed jiċċaqlaq kontinwament u globalment u li bilfors jeffettwa l-kultura indiġena Maltija,” qal il-Ministru. |
| Matul | il-Konferenza ta’ l-Aħbarijiet tħabbar li nhar is-Sibt li ġej se jsir seminar dwar din il-liġi f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u li għaliha huwa mistieden il-pubbliku inġenerali, għaqdiet tal-Malti, għalliema, studenti u dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-lingwa Maltija. |
| Kopja | ta’ l-abbozz ta’ liġi tinsab fuq il-sit tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni: |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en