Ir-Rapport dwar l-Inċident Fatali fl-Iskola San Franġisk ta’ Assisi
pr1396
18/11/2003
| Il-Ministru | ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea poġġa fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati, ir-Rapport tal-Bord ta’ Inkjesta maħtur minnu stess dwar l-Inċident li ġara nhar it-Tnejn, 27 t’Ottubru 2003, fl-iskola sekondarja tas-subien ‘San Franġisk ta’Assisi’, Santa Venera, fejn tilef ħajtu Adrian Borg, student fl-istess skola. |
| Aktar | kmieni, l-Ministru ta kopja tar-rapport lill-familja ta’ Adrian Borg. |
| Huwa | kiteb ukoll lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru u lid-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni biex dawn jagħtu kull konsiderazzjoni xierqa lir-rapport u biex immedjatament jieħdu l-passi meħtieġa fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord ta’ Inkjesta |
| L-Inkjesta | tmexxiet mis-Sur Paul Attard, mgħejjun mit-Tabib Mark Gauci u l-Avukat Stefen Zammit. |
| Sadattant | il-Ministeru ser ikompli jsegwi l-proċess ta’ l-Inkjesta Maġisterjali f’dan il-każ. |
Kopja tar-Rapport tinsab fuq il-website tal-Ministeru fil-paġna: http://www.education.gov.mt/ministry/doc/reports.htm
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en