L-ISTAZZJON TAR-RADJU “VOICE OF THE MEDITERRANEAN”
pr1395
17/11/2003
| B’riferenza | ghall-istqarrija ta’ l-Onor. Leo Brincat tas-17 ta’ Novembru dwar l-istazzjon tar-radju ‘Voice of the Mediterranean’, u ghal diversi rapporti li dehru fil-medja, il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin jistqarr dan li gej: |
| Il-Gvern Libjan, | permezz tal-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Libjan, informa lill-Gvern Malti li m’ghadx jara funzjoni ghal dan it-tip ta’ stazzjon. Ghalhekk, dan l-istazzjon – li huwa inizjattiva kongjunta bejn il-Gvern Malti u dak Libjan – ser ikollu jaghlaq fil-31 ta’ Dicembru 2003. Huwa ghalhekk assolutament mhux minnu li l-istazzjon se jaghlaq minhabba ‘decizjoni unilaterali tal-Gvern Malti’. |
| Bejn is-snin 2001 u | 2003, il-Gvern Malti ghadda b’kollox is-somma ta’ Lm530,000 f’kontribuzzjonijiet dovuti lill-istazzjon skond il-ftehim mal-Gvern Libjan ghal dan il-perijodu. Min-naha tieghu, il-Gvern Libjan ma hallasx il-kontribuzzjonijiet tieghu mill-1998 sa llum. Filwaqt li huwa veru li mhux l-ewwel darba li l-pagamenti thallsu tard, din hija l-ewwel darba li l-arretrati dovuti kienu jkopru perijodu ta’ sitt snin u total ta’ Lm980,699. Ghalkemm l-istazzjon ircieva xi pagamenti minghand il-Gvern Libjan wara l-2001, dawn kienu jkopru l-perijodu ta’ qabel l-1998. B’hekk, ir-rizervi li kellu l-istazzjon kellhom jintuzaw matul dawn l-ahhar snin. |
| Il-kontijiet ta’ l-istazzjon | huma awditjati minn kumpanija ta’ l-awdituri. Ma jidhirx li l-awdituri sabu xi irregolaritajiet. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en