Left arrow Go Back

Il-Gvern ħallas is-sussidju kollu dovut u miftiehem lis-settur tat-tjur

pr1379
Date Icon 14/11/2003
Il-Gvernħallas is-sussidju kollu dovut u miftiehem lis-settur tat-tjur u dan jikkonfermawh il-fatti.  Madankollu, is-ceiling miftiehem intlaħaq qabel tmiem is-sena, għaliex il-piż medju tat-tjur li fuqu tħallas is-sussidju kien wisq akbar mill-medja tal-passat.
Il-Ministerughall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jrid jagħmilha ċara li s-sussidju mhux se jitnaqqas minn kif miftiehem għas-snin li ġejjin.  L-affarijiet għandhom isiru bis-serjeta’ u bis-sens, u kien għalhekk li ttieħdet id-deċiżjoni li mis-sena d-dieħla s-sussidju jitħallas fuq il-piż ta’ tjur sa massimu ta’ 1.3 kilogrammi.
Il-Ministerujsostni li jekk jinħass il-bżonn, u wara li jisma’ lill-koperattivi u l-operaturi, kif ukoll skond iċ-ċirkostanzi tas-suq, il-Ministeru jkun lest li jgħolli l-piż li fuqu jitħallas is-sussidju sakemm l-ispiża totali ma taqbiżx dik indikata fit-trattat tas-sħubija ma’ l-Unjoni Ewropea.
Danjuri li l-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent lest li jaħdem mill-qrib ma’ min verament għandu l-interess li s-settur tat-tjur f’pajjiżna jkompli jimxi ’l quddiem.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow