Left arrow Go Back

IL-BREAST CARE SUPPORT GROUP JIPPREŻENTA ŻEWĠ PITTURI F’GĦAWDEX

pr1372
Date Icon 13/11/2003
Il-BreastCare Support Group ippreżenta żewġ pitturi lill-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex il-bieraħ filgħodu. Dawn iż-żewġ pitturi, li saru fuq il-kanvas minn artisti lokali se jitpoġġew fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u fil-Ministeru għal Għawdex. Dawn il-pitturi għandhom iservu bħala mezz ta’ promozzjoni dwar il-ħtieġa ta’ prevenzjoni tal-marda tal-kancer tas-sider. Il-preżentazzjoni saret bħala parti mill-attivitajiet li jtemmu l-ġimgħa ta’ promozzjoni dwar il-kancer tas-sider.
Il-preżentazzjonisaret mis-Sinjura Jackie Vassallo, President Breast Care Support Group fil-preżenza ta’ membri ta’ l-istess grupp. Dr Anthony A Livori, Supretendent ta’ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex kien preżenti.
Il-Ministru Debonorringrazzjat lill-grupp tad-donazzjoni tiegħu kif ukoll tax-xogħol siewi li jwettaq b’mod regolari matul is-sena. Hija awgurat iktar ħidma favur dan il-qasam importanti tas-saħħa fejn permezz ta’ sforzi ikbar jistgħu jibbenefikaw tant nisa u l-familji tagħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow