IL-MINISTRU GĦALL-AMBJENT TA’ L-IRLANDA GĦAL ŻJARA F’MALTA
pr1368
13/11/2003
| Il-Ministru | ta’ l-Istat fid-Dipartiment għall-Ambjent u l-Gvern Lokali ta’ l-Irlanda, Pat Gallagher, illum jasal Malta għal żjara qasira li matulha se jkollu taħdidiet uffiċjali mal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino. |
| Pat Gallagher se jkun qed imexxi delegazzjoni għolja mid-Dipartiment | għall-Ambjent ta’ l-Irlanda li għada se tiltaqa’ mad-delegazzjoni Maltija li se tinkludi uffiċjali mill-Awtorita’ ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar, il-MEPA. Il-laqgħa se tiddiskuti t-tħejjijiet li qed isiru minn Malta fil-qasam ambjentali biex tkun ippreparata għad-dħul fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju li ġej. |
| L-Irlanda | se jkollha l-Presidenza ta’ l-Unjoni Ewropea bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Ġunju tas-sena d-dieħla. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en