Left arrow Go Back

IL-PULIZIJA ON-LINE – SERVIZZ GĦAĊ-ĊITTADIN

pr1356
Date Icon 11/11/2003

"Is-servizz tal-Pulizija on line huwa servizz ieħor fil-kullana ta’ servizzi elettronici permezz ta’ l-internet li jippermetti interazzjoni bejn l-awtoritajiet u ċ-ċittadini f’kull ħin, u kull fejn iċ-ċittadin hu komdu." Il-Ministru għat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investimenti, l-Onor. Austin Gatt qal dan meta kien qed iniedi servizz ieħor tal-e-Government, li permezz tiegħu jista’ jsir rapport lill-Pulizija b’mod elettroniku.

Preċedentement l-unika mezz kif tagħmel rapport formali (anke, per eżempju, li tlift xi ħaġa) ridt tmur fl-għassa. Permezz ta’ dan is-servizz, kull ċittadin jista’ jagħmel rapport formali lill-Pulizija mid-dar, mill-uffiċċju, minn Internet Centre f’kull belt u raħal f’Malta u Għawdex, u minn kull Web-phone fil-pjazez ewlenin kollha.

Huwa importani li wieħed japprezza illi f’każ ta’ emerġenzi, it-telefon jibqa’ l-aħjar mezz ta’ komunikazzjoni.

Iżda ħafna ma kienux jitħajjru jgħaddu mill-iskariġġ biex jirrapportaw li raw xi ħadd jagħmel ħsara jew vandaliżmu jew reati simili oħra.

Il-Ministru Gatt spjega li dan is-servizz (Pulizija on-line), minbarra li ser jgħin liċ-ċittadin isib lill-Pulizija kull fejn ifittixhom, ser ikun għodda f’idejn il-Pulizija biex tidħlilha aktar informazzjoni li qabel kienet tintilef.

It-teknoloġija hi tassew l-għodda li tista’ tgħinna nbiddlu l-kwalità ta’ ħajjitna.

Dan hu bidu u hemm fejn niżviluppaw aktar. Biex nagħmlu dan neħtieġu investiment fl-aħħar pilastru ta’ l-e-Government.

Il-Ministru Gatt irrefera wkoll għall-proġett ta’ l-IDENTITÀ ELETTRONIKA, proġett li qed jigi żviluppat flimkien mal-Microsoft u mas-settur privat Malti. Din ser ikollha l-effett fuq l-Internet bħalma l-Karta ta’ l-Identità għandha fid-dinja reali.

L-iżvilupp tas-sistema kif inhi hu innovazzjoni Maltija oħra (bi sħab mal-Microsoft) u wkoll replikabbli fil-bqija tad-dinja.

Il-ħolqien ta’ sistema elettronika jneħħi l-bżonn li kull Dipartiment, kull entità, kull Ministeru jonfoq flus differenti biex jixtri verżjonijiet inkompatibbli ta’ l-istess sistema.

Permezz ta’ dan is-servizz, qed insegwu l-prinċipju ta’ joined-up government. L-għan huwa li nneħħu l-frammentazzjoni, id-duplikazzjoni li jirriżultaw biss f’ħela.

Austin Gatt temm jgħid li huwa importanti li nikkoordinaw u nużaw it-teknoloġija biex taqdina aħjar u m’hux biex tneffaqqna aktar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow