JUM IT-TIFKIRA F’GĦAWDEX
pr1348
10/11/2003
| Ic-cerimonja ta’ Jum | it-Tifkira saret ukoll f’Għawdex, il-bieraħ il-Ħadd 9 ta’ Novembru permezz ta’ attivita’ fi Pjazza Indipendenza, Victoria. |
| Waqt | l-attivita’ nqrat silta mill-ktieb ‘Il-Qilla tal-Gwerra fuq Għawdex’ tal-kittieb Għawdxi Frank Bezzina, li titratta vittmi Għawdxin tat-Tieni Gwerra Dinjija, mill-poeta u iben il-kittieb, Charles Bezzina. |
| Il-qofol | ta’ l-attivita’ ntlaħqet permezz ta’ tqegħid ta’ kuruni tar-rand u fjuri mal-monument tat-tifkira, mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, Vincent Grech, Chairperson Kumitat Festi Nazzjonali, kif ukoll mill-kapijiet tad-dipartimenti governattivi u parastatali f’Għawdex. |
| Preżenti | għall-attivita’ kien hemm stakkament Għawdxi tal-Forzi Armati kif ukoll sezzjoni mill-banda tal-Pulizija. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en