MALTA LACE DAY: Il-bizzilla maħduma Malta hija fost l-iżjed bizzilla rikka li ssir fid-Dinja
pr1345
10/11/2003
| “Permezz | ta’ din l-attivita’ qed nitfgħu l-attenzjoni tagħna lejn il-prodott artiġjanali tal-bizzilla. Dan il-prodott irridu napprezzawh, nagħtuh l-istima li jixraqlu u ngħarrfu l-valur li fih. Il-bizzilla Maltija hija bizzilla mfittxija ħafna u nfatti, llum qed tiżdied l-esportazzjoni tal-bizzilla Maltija. Qegħdha tkun stabbilita bħala bizzilla unika fil-mod ta’ kif tkun maħduma u b’hekk qed tkun imfittxija ħafna fi swieq barranin ukoll. Dan il-patrimonju f’dan l-artiġjanat irridu nibżgħu għalih. L-awgurju tiegħi huwa li fil-ġejjieni jkollna aktar nies li jafu jaħdmu l-bizzilla u jkollna aktar bizzilla fis-suq”. |
| B’dan | il-messaġġ, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo fetaħ l-attivita’ organizzata fil-jum dedikat għall-bizzilla f’Malta, fis-St. James Cavalier. |
| Din | hija t-tieni sena konsekuttiva li din il-gurnata qed tiġi organizzata f’Malta. Fil-gzira t’Ghawdex, din l-attivitia’ ilha tigi organizzata għal dawn l-ahhar tmien snin. |
| 65 artiġjan fil-manifattura | tal-bizzilla huma rreġistrati mal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat. |
| Il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat qed jaħdem biex ikabbar l-apprezzament | lejn dan il-prodott, u b’hekk naraw li jkun hawn aktar bejgħ ta’ bizzilla. Din il-ħidma qed ukoll twassal biex fi ftit ta’ żmien ieħor nistennew li jkunu finalizzati l-istandards tal-bizzilla Maltija. |
| Dan | ifisser li meta dawn l-istandards ikunu ppubblikati, allura dan il-prodott ikun protett minn bizzilla oħra. Fil-fatt meta l-bizzilla tkun qed tiġi mahduma u ma tkunx tinkludi l-proċess kollu li tinkludi l-bizzilla Maltija, ma tkunx tista’ tinbiegħ bħala bizzilla Maltija, la ma tkunx tikkonforma ma’ l-istandards stabbiliti. |
L-Onor. Vassallo temm id-diskors tiegħu billi rringrazzja lil Malta Lace Guild immexxija mic-chairperson Consiglia Azzopardi, tal-ħidma siewja favur il-bizzilla Maltija. Ringrazzjament speċjali jmur ukoll għas-sotto kumitat imwaqqaf apposta biex organizza din l-attivita’, liema sottokumitat huwa mmexxi minn Margaret Farrugia. Huwa awgura wkoll lil dawk kollha li jaħdmu f’din il-manifattura, biex jaraw li huma jkunu dawk li jħarsu din l-industrija minn dawk il-proċeduri li jistghu inaqqsu mill-preġju ta’ dan l-artiġjanat.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en