IL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT JESPRIMI SOLIDARJETÀ MA’ ĦADDIEMA TAL-MEPA
pr1337
06/11/2003
| Il-Ministeru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jikkundanna l-inċident li seħħ dalgħodu u li fih uffiċjali ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (il-MEPA) sfaw attakkati waqt li kienu qed jadqu dmirijiethom waqt azzjoni ta’ infurzar fi scrapyard illegali f’Ħal Far. |
| Il-Ministeru | jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-ħaddiema nvoluti f’dan l-inċident sfortunat. Din mhix l-ewwel darba li ħaddiema sfaw aggrediti waqt li kienu qed iwettqu azzjoni kontra żvilupp illegali. |
| Episodji | bħal dawn għandhom isibu l-għadab tas-soċjetà ċivili kollha li bla dubju tapprezza x-xogħol delikat li twettaq il-MEPA. Huwa wkoll b’din il-ħidma li jkun assigurat it-tħaris tar-regolamenti u b’hekk ikollna stat ta’ ambjent aħjar li minnu jgawdi kulħadd. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en