Left arrow Go Back

MICROSOFT TAGĦŻEL LIL MALTA BIEX TIŻVILUPPA SOFTWARE ĠDID U SPEĊJALIZZAT GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITAJIET DIFFERENTI - 400 PERSUNA B’DIŻABILITÀ JIEĦDU B’XEJN IS-SOFTWARE TAL-MICROSOFT

pr1335
Date Icon 06/11/2003
Il-Microsoftser tgħin fl-iżvilupp f’Malta ta’ software speċjalizzat għall-persuni b’diżabilitajiet differenti. Dan ser isir bl-involviment dirett tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita` u l-FITA. Dan ħabbru l-Ministru ghat-Teknologija ta` l-Informazzjoni u l-Investiment l-Onor. Austin Gatt meta kien qed jitkellem waqt ċerimonja kommemorattiva li permezz tagħha ġie ppreżentat is-software tal-Microsoft lil Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita`.
Il-MinistruGatt spjega li l-qasam tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni minnu nnfisu huwa msejjes fuq il-ħsieb ta` l-aċċessibilita`. Żied jgħod li “Kien għal hekk li saret ħidma estensiva biex naraw li jkun hemm aċċessibilita` sħiħa sabiex noħolqu soċjeta` ta’ l-informazzjoni li tkun ta’ kulħadd u għall-kulħadd.
Irreferawkoll għal parteċipazzjoni tal-KNPD fit-tħejjija ta’ l-istrateġija nazzjonali u fl-implimentazzjoni tagħha. Huwa fisser li fl-abbozz tal-Politika Nazzjonali għall-ħolqien ta’ soċjeta` ta’ l-informazzjoni, hemm kunsiderazzjoni għall-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabilità prattikament f’kull taqsima u aspett ta’ l-istrateġija.
AustinGatt spjega li l-okkażjoni tal-lum hija frott l-ewwel ftehim li l-Gvern kien laħaq mal-Microsoft. Fil-fatt permezz ta’ dan il-ftehim is-software tal-Microsoft li inbiegħ lill-istudenti bil-prezz ta’ Lm10.50c, tqassam b’xejn lill-iktar minn 400 persuna bi bżonnijiet speċjali.
B’referenzagħall-kunċett ta’ aċċessibilita`, il-Ministru Gatt fisser li saret ħidma biex jkun hemm aċċessibilita` għat-teknoloġija minn kull belt u raħal f’Malta u Għawdex. Ġie provdut ukoll taħrig b’xejn biex jiżdied l-għarfien tat-teknoloġija f’kull livell.
Il-MinistruGatt temm id-diskors tiegħu billi saħaq li “lkoll flimkien irridu nkomplu naħdmu biex permezz tal-ħidma li ssir, inkissru kull barriera li tista` tostakola l-aċċessibilita` għall-opportunitajiet li toffri t-tekonoloġija.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow