Left arrow Go Back

F’SENA INTEFQU AKTAR MINN 11-IL MILJUN LIRA F’SERVIZZI RELATATI MAT-TIĠIJIET F’PAJJIŻNA

pr1333
Date Icon 06/11/2003
Fl-inawgurazzjoni tal-WeddingsFair, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Servizzi Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo ta tagħrif li huwa relatat ma’ l-industrija tas-servizz u l-artiġjanat magħrufa aħjar f’pajjiżna bħala l-Industrija tat-Tiġijiet. (Ara statistika)
Dinl-istatistika, maħruġa min-National Statistics Office (NSO) tixhed l-ammont sostanzjali ta’ flus li jintefqu fl-organizzazzjoni ta’ tieġ f’pajjiżna.  Din hija industrija li fiha ħafna opportunitajiet ta’ xogħol li fih ċertu valur miżjud.  Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “Iżjed ma jkollna apprezzament lejn l-Artiġjanat Malti u l-Kultura Maltija, iżjed jista’ jkollna minn dan l-infieq li jibqa’ f’pajjiżna u nnaqsu mill-importazzjoni.  B’hekk inkun qed nipproduċu aktar.  Il-fiera li qed ninawguraw illum hija fiera ta’ suq li qed jikber iżda hemm bżonn li jkollna ftit aktar ħsieb.”
Hużied jghid li “Hawn għandna potenzjal fejn inbiegħu aktar prodotti Maltin kemm-il darba jkollna aktar innovazzjoni u ħeġġa biex nagħmlu r-riċerka li tgħinna nkunu aktar innovattivi.  Irridu naraw li nżommu standards ta’ kwalità fis-servizzi li qed ikunu offruti.”
“L-awgurjutiegħi mhux li tiżdied in-nefqa, iżda li jiżdied il-ħsieb wara n-nefqa u dak li jsir, isir bil-għaqal u bil-qies.  Hekk ikollna ndustrija sostenibbli u livell ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar”, temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow